Penne biz-zalzett Malti

    Ingredjenti għal erba' persuni

    Penne madwar 75g sa 120g kull wieħed

    madwar 200g zalzett tal-Malti

    tmienja tadam miż-żgħar, (cherry tomatoes),, maqsumin fin-nofs

    żewġ ponnijiet rukola

    nofs chili niexef żgħir, mqatta' fin

    nofs kuċċarina rignu

    żewġ sinniet tewm

    erba' mgħaref krema friska

    sitt mgħaref inbid, jiena nħobb nuża Rose ma dan id-dixx

    Melħ oħxon, bżar mitħun frisk

    Ftit żejt taż-żebbuħa

    Gran Padano maħkuk frisk

    Metodu

    Sajjar l-għaġin skont kif jgħidlek il-pakett. Ġo kazzola, saħħan iż-żejt taż-żebbuġa u itfa' it-tewm. Ħawwad u itfa' il milli taz-zalzett.

    Żied iċ-chilli u rignu u sajjar ftit aktar. Żied l-inbid, sajjar u naqqas iz-zalza fuq in-nar. Żied il-krema u ħawwar bil-melħ u bżar. Ħallat iz-zalza mal-għaġin.

    Imbagħad fl-aħħar żied iċ-cherry tomatoes maqsumin minn nofs u r-rukola

    Spiċċa billi tagħmel ftit Grana Padano fil-wiċċ.

    Riċetta miġjuba lilkom minn Lea Hogg