L-arti ma tinsiex: Vjaġġ teatrali fl-istorja tal-Birgu

    Waslet il-ġurnata li fiha mhux ser ninsew hekk kif bejn illum u l-Ħadd 14 ta’ Settembru ser titella' l-ewwel edizzjoni ta’ “Qatt ma ninsa – Birgu”. Din ir-rappreżentazzjoni teatrali ser tieħu lill-udjenza fi vjaġġ storiku madwar il-Birgu.

    Imtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 dan ix-xogħol teatrali kien ispirat mill-esebizzjoni li saret f’Ġunju ġewwa l-Mużew Marittimu.

    Din hija rappreżentazzjoni innovattiva għat-teatru Malti hekk kif erba’ karattri prinċipali ser jieħdu lill-udjenza minn post għall-ieħor madwar il-Birgu. Matul dan il-vjaġġ ser jiltaqgħu ma’ diversi esperjenżi marbuta ma’ ħajjithom u l-Birġu.

    L-atturi jiffurmaw parti minn The Teatru Manoel Youth Theatre (TMYT),, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Christopher Gatt, bill-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta, il-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-kommunità tal-Birgu.

    Il-vjaġġ jibda minn Misraħ ir-Rebħa fis-7.30pm. Il-biljetti għall-prezz ta’ €5, jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku teatrumanoel.com.mt