Il-qorti tilqa' talba ta' missier biex bintu tibqa' Malta

    Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili laqgħet temporanjament talba li għamel missier biex bintu ta' għaxar snin tibqa' Malta u ma tintbagħatx l-Ingilterra.

    Ir-raġel u l-omm tat-tifla, li hi Ingliża, ddivorzjaw xi snin ilu. L-omm marret toqgħod l-Ingilterra filwaqt li l-bint u l-missier baqgħu jgħixu Malta.

    Id-Direttorat tal-iStandards għall-Ħarsien Soċjali rebħu kawża kontra l-missier biex it-tifla tintbagħat l-Ingilterra.

    Il-missier fetaħ rikors fil-qorti kostituzzjonali biex din ma tintbagħatx. Il-qorti laqgħet it-talba tal-missier biex bintu tibqa' Malta sakemm jinstema' r-rikors li se jibda nhar il-Ħamis.

    Il-missier jisħaq li bintu drat Malta fejn tattendi l-iskola, tmur il-girl guides u tħoss li kienet ommha li abbandunata u għalhekk m'għandiex tintbagħat lura l-Ingilterra.