Il-Breakfast Club fl-iskejjel Primarji mill-ġdid fil-bidu tas-sena skolastika

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jilqa l-applikazzjonijiet għall-iskema tal-Breakfast Club għas-sena skolastika ġdida li tibda, it-Tnejn 22 ta’ Settembru.

    Permezz ta’ din l-skema tfal fi skejjel Primarji tal-Gvern jingħataw kolazzjon b’xejn qabel jibdew il-lezzjonijiet. Dan il-programm beda jopera fl-Iskejjel Statali fil-livell Primarju fl-1 ta’ April 2014, permezz tiegħu ġenituri li jaħdmu ikunu jistgħu jwaslu lill-uliedhom fl-iskejjel fis-7:00 fejn dawn jingħataw kolazzjon kif ukoll ikollhom superviżjoni qabel il-ħin tal-Iskola.

    Bejn April u Ġunju ta’ din is-sena madwar 700 student attendew għal Breakfast Club kuljum u b'kollox ġew offruti madwar 38,500 breakfast fil-kulleġġi kollha ta’ Malta u Għawdex.

    Il-Ministeru ħeġġeġ lill-ġenituri eleġibli biex japplikaw mis-sit www.education.gov.mt/en/Pages/Breakfast-Club.aspx. Għall-aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw il-Ministeru fuq 25982763 jew breakfastclub.mede@gove.mt