Tibda l-ewwel edizzjoni tal-Malta International Organ Festival

    L-ewwel edizzjoni tal-Malta International Organ Festival li beda nhar il-ħamis li għadda qed jiġbor f’pajjiżna wħud mill-aqwa talenti tal-orgni f’programm rikk bis-sehem ta’11 il-organista u 10 mużiċisti oħra. Waqt dan il-festival ser tingħata ukoll opportunita’ unika għal studenti tal-muzika sabiex jattendu għall-Masterclass tal-orgni.

    Il-festival li beda nhar il-ħamis li għadda jiġi fi tmienu il-Ġimgħa 12 ta’ Settembru. Il-kunċerti ser jittellaw f’diversi postijiet f’Malta u Għawdex.

    Il-kunċerti huma kollha mingħar ħlas, iżda donazzjonijiet b’risq il-Fundazzjoni Nazareth ser jiġu milqugħha.

    Il-programm tal-festival:

    It-Tnejn 1 ta’ Settembru (19:30),: D.Buhagiar fil-Paroċċa ta’ San Ġejtanu, Il-Ħamrun

    It-Tlieta 2 ta’ Settembru (19:30),: V.Suzdalevic fil-Paroċċa tal-Annuzjata, Ħal Balzan

    L-Erbgħa 3 ta’ Settembru (20:00),: J.Caruana fil-Pro-Katidral tal-Anglikani, Il-Belt Valletta

    Il-Ħamis 4 ta’ Settembru (20:30),: G.Libertucci fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Il-Belt Valletta

    L-Ġimgħa 5 ta’ Settembru (19:30),: D.Cannizzaro fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    Is-Sibt 6 ta’ Settembru (20:00),: V.Shliapnikov fil-Pro-Katidral tal-Anglikani, Il-Belt Valletta

    Il-Ħadd 7 ta’ Settembru (20:00),: J.Aquilina fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Il-Belt

    It-Tnejn 8 ta’ Settembru (20:00),: I.Rozanova fil-Pro-Katidral tal-Anglikani, Il-Belt Valletta

    L-Erbbgħa 10 ta’ Settembru (19:30),: A.Uibo fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

    Il-Ħamis 11 ta’ Settembru (19:30),: D.Buhagia fil-Katidral ta’ San Pawl l-Imdina

    Il-Ġimgħa 12 ta’ Settembru (19:30),: A.Uibo fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta

    Għall-aktar informazzjoni tistgħu iżuru is-sit: www.maltainternationalorganfestival.com