Soprano ċkejkna Maltija fit-tieni post f’festival fil-Maċedonja

    Ftit tal-ġimghat ilu Rachel Lowell, kantanta Maltija ta’ ħdax il-sena ikklassifikat fit-tieni post fil-festival Lake Pearls fil-Maċedonja. Hi ġiet fit-tieni post fil-kategorija tagħha fejn saħansitra kienet l-iżgħar parteċipanta.

    Rachel Lowell hija Soprano taħt id-direzzjoni ta' Gillian Attard, hija bdiet tattendi skola ta' drama, kant u żfin fl-età ta erba’ snin. Matul dawn l-aħħar sentejn ikkompettit f'diversi festivals u programmi televiżivi kemm lokali kif wkoll barra minn xtutna bħall-Għanja tal-Poplu, Sajf ma' Gaffiero, Britans Got Talent, Festival ġewwa Servigliano, l-Italja u workshop ġewwa Trapani li kien immexxi minn Iskra l-vocal coach ta' Lucio Dalla u Gio Di Tonno.

    F’Marzu li għadda rebħet l-Overall Winner f'festival ta l-ERSEB productions u għalhekk ġiet magħżula biex tirrepreżenta lill Malta fil-festival Lake Pearls, fil-Maċedonja.