L-ewwel ġlieda boxing professjonali f’pajjiżna

    Fis-17 ta’ Awwissu f’Malta se tittella’ l-ewwel ġlieda boxing professjonali. Daniel Micallef ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar u Clayton Vella ta’ 25 sena mill-Qajjenza se jiġġieldu kontra boxers Ingliżi.

    Micallef għandu liċenzja tal-boxing maħruġa mill-BBB of C. Huwa għandu rekord ta’ disa’ ġlidiet professjonali fl-Ingilterra u fid-Danimarka ma’ boxers ta’ fama internazzjonali. Minn dawn il-ġlidiet rebaħ erbgħa u tilef ħamsa. Vella huwa lliċenzjat bħala boxer mill-Malta Boxing Commission. Din se tkun l-ewwel ġlieda professjonali għal Vella.

    Dawn iż-żewġ boxers jittrenjaw fil-Boxway Fitness Centre f’Birkirkara. Dan huwa l-uniku boxing gym professjonali f’Malta u joffri tliet tipi ta’ boxing u klassijiet tal-fitness.

    F’din is-serata ta’ boxing li qiegħda tiġi organizzata minn Attard Harding Promotion, se jieħu sehem ukoll il-boxer Ingliż Robin Reid. Reid għandu rekord ta’ 50 ġlieda professjonali li minnhom rebaħ 42 (29 b’KO),, tilef 7 (2 KO), u waħda draw.

    Għal aktar informazzjoni dwar din il-ġlieda wieħed jista’ jibgħat imejl fuq: boxwayfitness@gmail.com