Podju kollu Maltin fl-Italja

    Nhar il-Ħadd l-ewwel ta Lulju saret tellieqa oħra mill-Kampjonat Sqalli tal-Minimoto. Fil-korsa ta’ Soleluna Vittoria, ħadu sehem sitt sewwieqa Maltin.

    F’temperaturi għoljin u għalhekk f’kundizzjonijiet diffiċli s-sewwieqa Maltin kellhom prestazzjoni mill-aqwa. Glenn Schembri ta’ 13-il sena ħareġ fuq quddiem mill-ewwel u żamm din il-pożizzjoni sal-aħħar. Gabriel Spiteri u Dylan Cauchi temmew it-tellieqa fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

    Il-Maltin se jerġgħ jikkompettu f’sessjoni oħra tal-kampjoanat Taljan tal-Minimoto f’Settembru li ġej. Dan se jkun ir-raba’ rawnd.