Ta’ qabel l-elezzjoni

  • Aww 06, 2012 16:09
  • Miktub minn

    Meta nhar is-Sibt kien qiegħed iniedi d-dokument ta’ qabel il-Baġit, il-Ministru Tonio Fenech qal li l-Baġit għas-sena 2013 se jkun wieħed responsabbli u mhux wieħed ta’ qabel l-elezzjoni. Hekk għandu jkun!

    Iżda nsibuha ferm diffiċli biex nemmnu din id-dikjarazzjoni tal-Ministru Fenech, hekk kif bħalissa huma diversi l-manuvri li qegħdin naraw u li fihom xamma kbira ta’ mossi elettorali.

    Nibdew mill-infieq tal-Gvern. Skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-infieq tal-Gvern kien fl-istess livelli ta’ nfieq li kien hemm fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2008. Kumbinazzjoni s-sena tal-elezzjoni! Fil-fatt jekk wieħed iqabbel l-infieq tal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ma’ dak tal-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra jara splużjoni ta’ 10.7%.

    Imbagħad hemm l-attitudni f’diversi awtoritajiet tal-Gvern li tagħtina x’nifhmu li issa l-Gvern qiegħed jaħseb fil-voti iktar minn kull ħaġ’oħra. Diġà rrapportajna kif l-inforzar fl-Awtorità tat-Turiżmu donnu ħareġ fuq vaganza. Nafu li għall-istorja li xandarna, ibbażata fuq tagħrif mill-Ministeru tat-Turiżmu, kien hemm min wieġeb billi qal: “Ħalluhom, dawk għadhom ġodda. Għadhom mhux daqstant magħrufin.” X’arroganza! Hekk qed jirraġunaw ċerti rjus għoljin fl-awtoritajiet tal-Gvern. Addio mill-mertu nnifsu tal-ilment li ċ-ċittadin komuni jkun għamel. Insomma, aħbar ħażina għal dawn l-uffiċjali għax jidher li rawna biżżejjed nies fl-MTA biex uħud minnhom għamlu kuntatt magħna u għarrfuna bil-provi ta’ aktar ħniżrijiet. Niżvelawhom fil-jiem li ġejjin…

    Fl-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar ukoll qiegħda tirrenja l-istess attitudni. L-inforzar, li qatt ma kien xi wieħed effiċjenti, reġa’ sejjer lura, filwaqt li xi proċessi tajbin li ddaħħlu fl-aħħar snin qegħdin jibdew jagħlqu għajn waħda. Ikun ta’ għajb jekk dak il-ftit tajjeb li sar bir-riforma tal-MEPA narmuh ukoll għax ġejja l-elezzjoni.

    Ma nlumux lanqas lil min jaħseb li ġejja l-elezzjoni għax fl-aħħar ġimgħat il-Gvern ħabbar skemi li kienu ilhom mistennijin bħal ngħidu aħna skemi fi ħdan l-Awtorità tad-Djar u oħra biex ikunu ssanzjonati illegalitajiet f’residenzi.

    L-istess fejn jidħlu abbozzi ta’ liġijiet, bil-Gvern iniedi l-abbozz tant mistenni b’rabta mal-IVF, anke jekk il-fatt li qiegħed jipprova jintgħoġob ma’ kulħadd (kunsiderazzjonijiet elettorali?), mhux neċċessarjament jagħmlu abbozz tajjeb.

    Aħna nittamaw li l-Baġit li jmiss ikun wieħed responsabbli, maħsub biex jilħaq il-miri finanzjarji tal-pajjiż, filwaqt li ma jkunx iktar kiefer fuq iż-żgħir. Ir-rekord preċedenti u dak li jinsab għaddej jagħmililna diffiċli li naħsbu li se jiġri hekk. Però, nittamaw li aħna żbaljati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Aww 09, 2012

    Il-maskra bdiet taqa'! Qed turu li dan il-portal m'huwa indipendenti xejn izda holqa ohra mill-midja laburista.

    Irrispondi