Spekulazzjoni ta’ tnedija kmieni tal-iPhone 5 tqajjem żieda ta’ bejgħ fuq eBay

  • Aww 07, 2012 14:15
  • Miktub minn

    Sont eBay, il-ġimgħa li għaddiet, spekulazzjoni rigward data ta’ tnedija tal-iPhone l-ġdid wasslet biex 70% ta’ dawk li jagħmlu użu minn iPhone kurrenti jipprovaw ibigħuh fuq is-sit elettroniku. Dan kollu biex jibdew jinvestu għall-iPhone l-ġdid.

    Bejn it-30 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu l-offerti ta’ kummerċ fuq l-eBay raw 70% żieda mill-ġimgħa ta’ qabel.

    Sal-ġurnata tal-lum esperti qegħdin isostnu li l-Apple se tirrepeti l-istess proċedura li ħaddnet fl-2011. Fit-2 ta’ Ottubru jiġi mniedi pubblikament l-iPhone u fit-12 ta’ Ottubru jibda jinbigħ fil-ħwienet. Sadanittant fil-31 ta’ Lulju, imore.com stqarret li l-iPhone l-ġdid se jiddebutta fit-12 ta’ Settembru li ġej.

    Tlett ijiem wara din l-aħbar eBay iġġenera madwar 100,000 offerta ta’ kummerċ biex jinbigħ l-iPhone 4S ta’ 16 GB memorja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0