L-għasel jista’ jnaqqas is-sogħla fit-tfal matul il-lejl

  • Aww 06, 2012 15:28
  • Miktub minn

    Magħrfa għasel qabel l-irqad tista’ tgħin tfal żgħar jeliminaw is-sogħla, biex b’hekk il-ġenituri jkunu jistgħu jorqdu aħjar.

    Ġenituri rrapportaw li wara li ngħata l-għasel lit-tfal, is-sogħla kienet inqas frekwenti u inqas b’saħħitha.

    “Is-sogħla hija waħda mill-aktar raġunijiet komuni għaliex it-tfal jittieħdu għand it-tabib mill-ġenituri,” stqarr it-Tabib Ian Paul, Pedjatriku mill-Università ta’ Pennsylvania.

    Minkejja dan, Paul sostna li t-terapiji biex titnaqqas is-sogħla u l-irjiħat fit-tfal ma tantx huma effettivi u jħaddnu potenzjal ta’ diversi ‘side-effects’.

    “Ħafna mediċini għandhom miktub fuqhom biex ma jingħatawx lil tfal taħt l-erba’ snin. Dan minħabba li l-ġenituri jistgħu jabbużaw mill-mediċina stess jew inkella jagħti l-każ li t-tfal stess jistgħu jabbużaw mid-doża.

    “Jekk tqis dan il-fatt l-għasel jista’ jitqies sigur għal tfal fuq l-età ta’ sena,” kompla jgħid Ian Paul.

    Riċerkaturi minn Iżrael qassmu lil 300 tifel u tifla, bejn l-età ta’ sena u ħames snin, waħda minn erba’ trattamenti għal kontra s-sogħla. Nofs siegħa qabel ma jorqdu ġenituri taw lit-tfal għaxar grammi minn tliet tipi ta’ għasel. Waqt stħarriġ telefoniku l-ġenituri rrapportaw kif marru bl-għasel u vvotaw fuq skala minn wieħed sa sebgħa kif marru bit-trattament.

    “L-għasel huwa mimli antioxidants, inkluż il-Vitamina Ċ u kif ukoll flavonoids. Minkejja dan l-għasel m’għandux jingħata lil trabi,” emfasizza Ian Paul.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook