“Curiosity” jasal fuq il-pjaneta Mars

  • Aww 06, 2012 14:05
  • Miktub minn

    L-Aġenzija Spazjali Amerikana rnexxielha b’suċċess tniżżel robot fuq il-pjaneta Mars. Dan ir-robot, li jġor l-isem ta’ “Curiosity” u li jiżen tunnellata, huwa mifhum li niżel f’ħofra kbira viċin l-ekwatur tal-pjaneta għall-ħin tas-6.30 a.m. (ħin lokali),.

    Dan ir-robot se jibda missjoni, li se ddum sejra madwar sentejn, biex ifittex għal kwalunkwe evidenza li l-pjaneta ta’ Mars xi darba kienet issostni xi tip ta’ ħajja.

    Sinjal li kkonferma li r-robot wasal b’suċċess ġie mibgħut mir-robot stess lejn id-dinja permezz tas-satellita tan-Nasa Odyssey, li tinsab f’orbita madwar il-pjaneta l-ħamra.

    Dan is-suċċess ġie milqugħ b’agħa kbira fost il-ħaddiema tal-Jet Propulsion Laboratory f’Pasadena f’Kalifornja.

    Fi żmien ftit minuti, ir-robot beda jibgħat immedjatament ritratti b’resoluzzjoni baxxa immens, fejn dehru r-roti tar-robot u kif ukoll veduti tal-orizzont. L-ewwel ritratt bil-kulur tal-madwar, fejn jinsab Curiosity għandhom jaslu fid-dinja tagħna fi żmien ftit jiem.

    L-enġinieri u x-xjentisti, li kienu ilhom jaħdmu fuq dan il-proġett għal dawn l-aħħar għaxar snin, spiċċaw bi tbissima fuq wiċċhom għas-suċċess li kisbu.

    Ta’ min jgħid li biex wasal fuq Mars, ir-robot għamel vjaġġ ta’ 570 miljun kilometru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0