Il-Qormi Wine Festival għall-aħħar tax-xahar

  • Aww 04, 2012 20:28
  • Miktub minn

    Il-festival annwali tal-inbid f’Ħal Qormi se jerġa’ jsir għat-tmien edizzjoni konsekuttiva, b’għażla vasta ta’ nbejjed ħomor, bojod u rosé magħmula minn varjetà ta’ għeneb. Il-prodotti huma tal-kumpanija lokali Marsovin.

    Ħal Qormi għandu tradizzjoni antika, li tmur lura diversi sekli, marbuta mal-inbid. Dan għaliex minbarra għall-ħobż, il-belt ta’ Pinto hi wkoll magħrufa għall-għasir tal-inbid. Permezz ta’ dan il-festival, ir-raħal qiegħed joħloq attrazzjoni oħra għat-turisti barranin u għall-poplu Malti filwaqt li jerġa’ jqajjem tradizzjonijiet antiki. Anke l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qormi Wine Festival se ssir fil-qalba antika tar-raħal, li għal din l-okkażjoni se tkun qed titlibbes libsa festiva partikolari. Il-festival se jsir bejn il-Ġimgħa 31 ta Awissu u s-Sibt 1 ta Settembru, mit-20.00 sa nofsillejl.

    Triq il-Kbira f’Ħal Qormi se tkun armata b’diversi stalls tal-inbid u ikel tradizzjonali Malti, f’atmosfera tipika ta’ festa lokali bil-knisja parrokkjali ta’ San Ġorg fl-isfond. Illum dan il-festival huwa attività annwali li qiegħda ssir dejjem iktar popolari tant li s-sena l-oħra attendew madwar 10,000 ruħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0