Omm akkużata li tat daqqiet ta' mus lil binha

  • Aww 21, 2013 15:32
  • Miktub minn
"

    Omm illum ġiet akkużata fil-Qorti, li nhar it-Tnejn li għadda f'Bormla tat daqqiet ta' sikkina lil binha.

    Nikolina Portelli ta' 45 sena u binha l-ieħor Larson Grech ta' 22 sena t-tnejn minn Bormla, kienu akkużati li pruvaw idarbu serjament lil Alan Grech. Huma kienu akkużati wkoll li ħebbew għall-istess Alan Grech u Carmelo Tabone.

    L-Ispettur tal-Pulizija, Robert Said Sarreo spjega li l-argument li nqala' fi Triq Matty Grima, seħħ meta Tabone li jiġi missier il-mara ta' Alan Grech, għajjar lill-aħwa Grech b'missierhom li jinsab il-ħabs.

    Jidher li Larson Grech attakka lil Tabone, filwaqt li Alan Grech prova jiddefendi lil ħatnu. L-argument wara eskala għall-ġlieda bejn l-aħwa. Kien f'dan il-ħin li spiċċat involuta l-omm. Il-każ spiċċa b'Alan Grech jaqla' daqqiet ta' sikkina. Alan Grech li bħalissa jinsab l-isptar ukoll mistenni jitressaq il-Qorti fuq dan il-każ.

    Intant Portelli u Larson Grech wieġbu mhux ħatja u ngħataw ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €5,000 u depożitu ta' €500.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4