Drenaġġ fil-baħar: Riskju li titħassar maratona

  • Aww 14, 2013 10:14
  • Miktub minn

    Bejn it-23 u l-25 t' Awwissu fil-Gżira, grupp ta' erba' għawwiema kienu se jagħmlu maratona ta' 60 siegħa fl-ilma. Madankollu din il-maratona tista' titħassar hekk kif f'dan il-post qiegħed ikun hemm id-drenaġġ.

    Din il-maratona kienet se tittella' biex jinġabru fondi b'risq il-Hospice Movement u kienet se ssir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gżira. “Imma issa aktarx m'hu se jsir xejn għax fil-post fejn konna se nkunu qegħdin jitfgħu d-drenaġġ,” qal wieħed mill-għawwiema lill-inewsmalta.com.

    Din il-maratona, qal Oliver Micallef, wieħed mill-għawwiema ilha ssir għal dawn l-aħħar 22 sena. “Imma issa donnu jridu jwaqqfuna b'dan id-drenaġġ,” żied jgħid.

    Huwa qal li mhux faċli biex tbiddel il-post issa hekk kif il-preparamenti kienu lesti u anke kien se jkun hemm l-entertainment, kif ukoll laħqu ntbagħtu flyers għall-promozzjoni għal din l-attività.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  

Facebook