Sentenzi “manipulati” kontra Malta

  • Aww 13, 2013 21:30
  • Miktub minn
"

    L-eks Ambaxxatur ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa qal li fil-Qorti għad-Drittijiet tal-Bniedem seta’ kien hemm min imanipula deċiżjonijiet kontra l-gvern Malti. Joseph Licari, li kien ilu 14-il sena ambaxxatur ta’ Malta fil-Kunsill tal-Ewropa, irrefera għad-deċiżjoni tad-9 ta’ Lulju. Deċiżjoni li qalet lill-gvern Malti li m’għandu ebda dritt li jikkunsidra politika ta’ push back fil-konfront ta’ immigranti li kienu għadhom kien waslu Malta. Ftit tal-jiem wara, fit-23 ta’ Lulju, kien hemm deċiżjonijiet kontra Malta b’rabta ma’ kundizzjonijiet fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.

    Mal-aħbarijiet ta’ TVM illejla, Licari qal: “Kellna sensiela ta’ każi li qegħdin jinqatgħu kontra l-gvern Malti. Jiena s-suspetti tiegħu huwa li qegħdin ikunu manipulati minn xi ħadd. F’sens li min ikun qiegħed ifassal is-sentenza ma jkunx oġġettiv imma jkun f’moħħu li jintlaħaq l-iskop ta’ ċerti NGOs. Ikun jaħdem ma’ ċerti NGOs.”

    Saħaq li deċiżjonijiet fil-konfront ta’ Malta ttieħdu “f’leħħa ta’ berqa.”

    “F’inqas minn 12-il siegħa din il-Qorti ħadet din id-deċiżjoni kontra Malta li lili tagħtini x’naħseb li bilfors kien hemm xi ħadd minn ġewwa fil-Qorti li kien qiegħed imexxi l-affarijiet,” qal Licari b’referenza għall-każ ta’ meta Malta kienet miżmuma mill-possibbiltà ta’ deportazzjoni ta’ immigranti.

    Licari saħaq li d-deċiżjoni żgur mhijiex xi waħda politika partiġjana, għaliex kienu ż-żewġ gvernijiet li ntlaqtu minn dawn id-deċiżjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    24