Jingħalqu ċ-ċentri kollha ta’ servizz.gov u l-Uffiċċji Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali b’effett minn nhar it-Tnejn li ġej

  • Mar 26, 2020 16:00
  • Miktub minn iNews

    B’effett mit-Tnejn 30 ta’ Marzu 2020, it-tmien ċentri ta’ servizz.gov, is-sbatax-il Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali f’Malta u t-tnejn f’Għawdex, kif ukoll l-Uffiċċju tal-Customer Care tat-Taxxa f’Għawdex ser jingħalqu għall-pubbliku bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra l-Covid-19.

    Dan ifisser li l-ħames ċentri reġjonali ta’ servizz.gov li jinsabu f’Raħal Ġdid, Birkirkara, Ħal Qormi, il-Birgu u l-Qawra, kif ukoll it-tliet ċentri speċjalizzati fil-Furjana: edu servizz.gov, Taxpayer Service servizz.gov u Ċentru Servizz Familja servizz.gov se jkunu temporanjament magħluqa.

    Dan filwaqt li se jingħalqu wkoll l-Uffiċċji Distrettwali tal-Fgura, Ħal Lija, Ħal Luqa, il-Ħamrun, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, l-Imsida, in-Naxxar, Raħal Ġdid, San Ġwann, is-Siġġiewi, Tas-Sliema, il-Belt, iż-Żejtun, iż-Żurrieq u r-Rabat Malta, u kif ukoll in-Nadur u r-Rabat Għawdex. Kawża tal-għeluq tal-Uffiċċji Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed iniedi Helpline għal dawk il-persuni li jixtiequ jagħmlu kuntatt dirett ma’ dawn l-Uffiċċji li huwa 25903000.  Wieħed jista’ jagħmel ukoll użu mis-servizzi onlajn tad-dipartiment billi jidħol fis-sit www.socialsecurity.gov.mt u jagħfas fuq MyServices.

    Min-naħa l-oħra, dawk il-persuni li kienu jinqdew miċ-ċentri ta’ servizz.gov jistgħu b’mod alternattiv jużaw mezzi oħra fosthom Freephone 153, li joffri assistenza mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 ta’ filgħodu sal-16.00 ta’ wara nofsinhar, b’ħinijiet estiżi nhar ta’ Tnejn u Erbgħa, inkella jagħmel użu mill-mezzi onlajn li jinkludu s-sit elettroniku www.servizz.gov.mt u l-ittra elettronika servizz@gov.mt.

    Barra minn hekk, servizz.gov se jkun qiegħed jiffaċilita wkoll appuntamenti virtwali għaċ-ċittadin, mal-esperti tat-taxxa u s-sigurtà soċjali. Dan se jsir billi ċ-ċittadin xorta waħda jċempel 153 u f’każ li jitlob appuntament, dan ikun jista’ jsir permezz ta’ telefonata b’vidjow. B’hekk is-servizz jibqa’ jingħata bl-aħjar mod possibli fiċ-ċirkustanzi preżenti.

    servizz.gov, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jiskuża ruħu ta’ kull inkonvenjent li jista’ jinqala’ f’dawn iċ-ċirkustanzi. 

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook