Suċċess kbir b’ċelebrazzjoni ta’ Jum in-Nisa b'risq Hospice Malta

  • Mar 26, 2020 11:25
  • Miktub minn iNews

    Hospice Malta tixtieq tirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li attendew iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum in-Nisa f'Palazzo Parisio fis-6 ta’ Marzu 2020.

    Aktar minn 150 mara nġabru biex jiċċelebraw din il-ġurnata speċjali, filwaqt li għinu biex jinġabru fondi għal Hospice Malta, NGO li tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva mingħajr ħlas, għal aktar minn 1000 pazjent kull sena. Hospice Malta bħalissa qiegħda tiġbor fondi għal St Michael Hospice, kumpless ġdid li qiegħed jinbena għall-pazjenti tagħhom.

    Dawk li attendew l-avveniment ta’ Jum in-Nisa gawdew ġurnata sabiħa b'riċeviment speċjali, grazzi għal diversi sponsors. Hospice Malta organizzat wkoll raffle u qassam rigal żgħir lin-nisa kollha preżenti.

    Hospice Malta tixtieq tirringrazzja wkoll  l-isponsers kollha li għenu biex dan l-avveniment kien suċċess fosthom M. Demajo Wines & Spirits Ltd., Piscopo Gardens, Marion Mizzi, JB Stores, Malta Hilton, SV Beauty, ProHealth, Camilleri tal-Helu, Palazzo Parisio, u Francis Busuttil & Sons.

    Dawk kollha li jixtiequ jgħinu lil Hospice Malta huma ġentilment imħeġġa jżuru https://hospicemalta.org/product/donation-general/ u jagħmlu donazzjoni online.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook