L-attakk fi Christchurch ... Brenton Tarrant jammetti li qatel 51 Musulman

  • Mar 26, 2020 10:40
  • Miktub minn iNews

    Raġel akkużat li wettaq attakk fatali f'żewġ moskej fil-belt ta' Christchurch fi New Zealand f'Marzu tas-sena li għaddiet, wieġeb li huwa ħati għal 51 akkuża ta' qtil. 

    Brenton Tarrant, ir-raġel Awstraljan ta' 29 sena, ammetta wkoll l-akkużi ta' attentat ta' qtil ta' 40 persuna oħra u għal akkuża waħda relatata ma' terroriżmu.

    Għall-ewwel huwa ċaħad l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u kellu jgħaddi ġuri f'Ġunju li ġej, iżda imbagħad għażel li jammetti.
    Tarrant kien iffilmja lilu nnifsu jwettaq l-attakk u ppubblika manifest ta' 74 paġna li fih saħaq li huwa kien ġej minn familja mill-klassi tal-ħaddiema, li kellha dħul baxx.

    Huwa kien qal li mar jgħix New Zealand temporanjament biex jippjana u jitħarreġ għall-attakk, u kien wara li ddeċieda li jwettaq l-attakk li għażel li jibqa' jgħix fil-pajjiż.

    New Zealand bħalissa tinsab fi stat ta' lockdown minħabba t-tifrix tal-coronavirus u l-ammissjoni tiegħu saret f'seduta fil-Qorti ta' Christchurch il-Ħamis.

    L-ebda membru tal-pubbliku ma tħalla jattendi għas-smigħ tas-seduta u Tarrant, flimkien mal-Avukati tiegħu, dehru fil-Qorti permezz ta' video-link. Rappreżentanti taż-żewġ moskej li sfaw fil-mira tal-attakki tħallew jattendu għas-smigħ biex jirrappreżentaw lill-vittmi u l-familjari tagħhom.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook