Il-Ministru tal-Finanzi jgħid li min daħak bis-surplus ħa risposta

  • Mar 25, 2020 19:12
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna iddikjara li f'dan iż-żmien ta' kriżi internazzjonali minħabba l-coronavirus kulħadd se jbati imma grazzi għas-surplus il-Gvern se jkun jista' jagħti l-għajnuna neċessarja u min daħak bl-istess surplus issa ħa risposta.

    Huwa stqarr dan hekk kif il-Parlament iddiskuta l-aħħar pakkett ta' inċentivi li ħabbar il-Gvern biex pajjiżna jkun jista' jindirizza din is-sitwazzjoni.

    Il-Professur Scicluna sostna li ħadd għadu ma jaf meta se jgħaddi dan il-perjodu ta' kriżi imma li hu żgur huwa li l-impatt tagħha se jkun wieħed negattiv ħafna għax ġie bħal “sajjetta fil-bnazzi”.

    Huwa semma kif pajjiżi li għandhom djun kbar se jispiċċaw ifallu u dawk fl-UE se jkollhom bżonn l-għajnuna tagħha jekk ma jridux li dan jiġri.

    Fuq nota pożittiva sostna li l-fatt li Malta m'għandix dejn kbir jagħtiha spazju timmanuvra fid-deċiżjonijiet tagħha.

    Scicluna nsista li l-qagħda b'saħħitha tal-ekonomija lokali tippermettilna nieħdu miżuri li ma jweġġgħux in-nies u li ma jħallux il-pajjiż jispiċċa f'xifer falliment anke jekk se jkun milqut xorta.

    Il-Ministru tal-Finanzi kompla li ma nistgħux inbassru kemm se ddum din is-sitwazzjoni u l-pajjiż għandu bżonn baġit supplimentari li jmur lilhinn minn dak imħabbar għal din is-sena.

    Fl-istess waqt semma kif bil-miżuri ta' għajnuna li ser jagħti l-Gvern il-pajjiż se jgħaddi minn perjodu ta' defiċit u se jara d-dejn jiżdied għax se jkun hemm perjodu fejn id-dħul minn taxxi, VAT u bolol se jkun pospost.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook