Miriam Dalli f’task force tal-S&D fuq il-COVID-19, tagħmel pressjoni għax-xiri konġunt ta' provvisti mediċi

  • Mar 25, 2020 19:09
  • Miktub minn iNews

    Il-Pandemija COVID-19 ħalliet numru ta’ Stati Membri fi bżonn urgenti ta' tagħmir mediku u protettiv. Limitazzjonijiet fuq il-bejgħ ta’ dan il-materjal jagħmilha diffiċli għall-pajjiżi bħal Malta biex jikbsu dawn il-provvisti essenzjali.

    Il-MPE Laburista Miriam Dalli qed taħdem favur xiri effiċjenti u flessibbli ta’ tagħmir mediku, hekk kif pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jixtru t-tagħmir mediku u protettiv meħtieġ.

    F’laqgħa online dalgħodu mal-kapijiet tad-delegazzjonijiet fil-Parlament Ewropew, Miriam Dalli qalet li hu essenzjali li l-UE tiżgura provvista kontinwa ta’ oġġetti essenzjali, u tagħmir mediku vitali u protettiv fil-pajjiżi membri kollha. 

    "Dan hu żmien ta’ prova għas-solidarjetà. Hemm bżonn ta’ sforz ikkoordinat minn kullħadd biex kull Stat Membru jkollhom t-tagħmir meħtieġ. Azzjonijiet unilaterali mill-Istati Membri jmorru kontra l-ispirtu ta' solidarjetà li rridu niżguraw f'dan il-ħin. Filwaqt li wieħed jifhem li pajjiż manifattur jaħseb l-ewwel fih innifsu, dan m’għandux iwassal għal restrizzjonijiet mhux ġustifikati, li jitfgħu f’periklu il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ prodotti kritiċi," qalet Miriam Dalli, Viċi President tal-Grupp Soċjalisti u Demokratiċi (S&D). 

    "Bħala S&D se nagħmlu minn kollox biex nevitaw sitwazzjoni fejn l-akbar Stati Membri jkollhom poter ta' negozjar aktar b'saħħtu minn pajjiżi iżgħar bħal Malta. Qegħdin insejħu għal mekkaniżmu ta' xiri konġunt bejn il-pajjiżi biex niżguraw provvista, nevitaw spekulazzjoni fuq il-prezzijiet u jkun hemm aċċess indaqs għal kull pajjiż tal-UE, irrispettivament mid-daqs jew il-pożizzjoni ġeografika tiegħu. Dan mhuwiex iż-żmien ta’ min jaħseb għal rasu iżda li jkun hemm sforz Ewropew kkoordinat biex kulħadd ikollu t-tagħmir li jsalva l-ħajjiet. Dan irid japplika wkoll għax-xiri tat-tilqim kontra l-COVID-19, meta jsir disponibbli. 

    Miriam Dalli ġiet appuntata fuq it-task force tal-S&D, magħmula mill-President tal-Grupp, il-Viċi Presidenti u l-koordinaturi relevanti. Fl-aħħar jiem kienu għaddejjin b’ħidma intensiva fuq Pjan ta' Azzjoni Politika, b’miżuri immirati biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-pandemija u biex jilqgħu għal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali. Il-Pjan ta’ Azzjoni – li jinkludi wkoll il-proposta favur xiri konġunt - se jiġi ppreżentat lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen.

    Il-pjan ta’ azzjoni jħares lejn l-impatt fuq il-pandemija fuq is-saħħa pubblika, l-ekonomija u s-social welfare. Fil-pjan ta’ politika tagħhom, l-S&D jwissu li azzjoni ineffettiva u mhux biżżejjed tista’ twassal għal telf ta’ miljuni ta’ impjiegi.

    L-S&D tappoġġja l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-flessibbiltà sħiħa tal-qafas tal-Għajnuna mill-Istat (State Aid). Il-Grupp laqa' wkoll l-qafas propost li, fost oħrajn, jippermetti għotjiet diretti, sussidji ta' self pubbliku lill-kumpaniji u salvagwardji għal banek li jappoġġjaw l-ekonomija reali.

    "Huwa importanti li l-koeżjoni soċjali tiġi promossa bl-appoġġ ta’ politika nazzjonali immirata lejn il-ħarsien tal-ħaddiema u tal-persuni vulnerabbli. Hemm bżonn azzjoni biex nipproteġu l-istrutturi ekonomiċi u soċjali tagħna, is-saħħa u l-impjiegi tan-nies. Huwa biss billi naġixxu issa li nistgħu nippreparaw kif suppost għal futur sostenibbli u reżiljenti għal kulħadd,” ikkonkludiet Miriam Dalli.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook