“Il-ġlieda kontra l-virus turi kemm id-drittijiet tal-ħaddiema huma essenzjali”

  • Mar 25, 2020 18:55
  • Miktub minn iNews

    Josianne Cutajar b’aktar pressjoni fuq il-Kummissjoni…

    “Għandna bżonn miżuri konkreti li jħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema, u l-kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, speċjalment f’dan il-perjodu li l-Ewropa qed tiġġieled it-tixrid tal-virus COVID-19.”

    Dan enfasizzatu l-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar, hekk kif ingħaqdet mal-bqija tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu fil-Parlament Ewropew f’ittra ta’ pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea.

    Flimkien, il-Membri Parlamentari Ewropej saħqu li jridu jiġu assigurati kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, speċjalment dawk fit-trasport, li fiċ-ċirkostanzi, is-soċjetà Ewropea qed tiddependi aktar fuq xogħolhom għall-ġarr ta’ prodotti essenzjali.

    Il-Membri Parlamentari Ewropej Soċjalisti fil-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu talbu lill-Kummissjoni tara li l-ħaddiema fl-oqsma tat-trasport u t-turiżmu li nqabdu barra minn pajjiżhom jiġu ripatrijati mill-aktar fis.

    “Tlabna wkoll assigurazzjoni li d-drittijiet tal-leave u kundizzjonijiet oħra ta’ dawn il-ħaddiema jkunu mħarsa,” saħqet Dr Cutajar. “Fuq kollox, saret enfasi biex it-trade unions ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza.”

    Fl-ittra tagħhom, l-Ewroparlamentari Soċjalisti saħqu li hemm bżonn aktar flessibilità fir-regoli dwar għajnuna mill-istat, speċjalment f’oqsma strateġiċi bħat-trasport, biex il-qawmien ekonomiku wara li jispiċċaw dawn ir-restrizzjonijiet, ikun spedit. Huma saħansitra talbu li l-Kummissjoni tippermetti lill-pajjiżi membri jipproteġu l-investiment barrani u jinnazzjonalizzaw oqsma kruċjali.

    Josianne Cutajar, flimkien mal-bqija tas-Soċjalisti u Demokratiċi, tenniet is-sejħa għal baġit dedikat għat-turiżmu fil-qafas finanzjarju Ewropew għas-snin 2021 u 2027.

    Pjan ta’ salvataġġ għat-turiżmu

    Bħala membru fit-Taskforce dwar it-Turiżmu fil-Parlament Ewropew, Dr Cutajar kompliet iżżid il-pressjoni sabiex jingħata appoġġ finanzjarju lis-settur turistiku, l-aktar lin-negozji żgħar u medji li ntlaqtu ħażin ħafna bis-sitwazzjoni. Fuq kollox esprimew urġenza għal soluzzjonijiet immedjati għal dawk il-persuni impjegati fis-settur turistiku.

    Mal-Kummissjoni t-Taskforce dwar it-Turiżmu qed tisħaq għal pjan ta’ salvataġġ  għall-qasam turistiku b’miżuri konkreti immedjati u fit-tul. Fost oħrajn qed tkun proposta assistenza speċjali u għajnuna diretta lil dawk ir-reġjuni li d-dħul tagħhom jiddependi ħafna mit-turiżmu.

    Il-ħaddiema fil-qasam tat-turiżmu huma fost dawk l-aktar milquta mill-miżuri l-ġodda li ħabbar il-Gvern Malti. Fil-fatt madwar 60,000 ħaddiem fil-qasam turistiku u oqsma oħra se jkunu qed jibbenefikaw.

     “Is-saħħa tal-ekonomija tiġi mkejla fuq kemm il-pajjiż u l-istituzzjonijiet Ewropej kapaċi jipproteġu l-postijiet tax-xogħol u l-istabbiltà tal-familji. B’dawn il-miżuri qed naraw li flimkien mas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, għalina dawn huma prijorità.”

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook