€900,000 għall-attivitajiet kulturali f’Għawdex - kwart ta’ miljun ewro minnhom għall-artisti Għawdxin

  • Fra 29, 2020 10:30
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn nieda l-Gozo Cultural Events Fund Scheme, b’valur ta’ kwart ta’ miljun ewro li jagħmlu parti mid-€900,000 fondi ddedikati għal attivitajiet u għal inizjattivi kulturali organizzati mill-Ministeru għal Għawdex. 

    Il-Ministru Camilleri spjega li din l-iskema se tkun qed tgħin biex artisti lokali jkunu jistgħu jipproponu l-attivitajiet tagħhom, u l-iskema se tipprovdi l-opportunità biex jiġu żviluppati proġetti artistiċi mill-komunità għall-komunità, filwaqt li tiġi ċċelebrata d-diversità kulturali. 

    Il-Ministru għal Għawdex qal li dan il-fond se jkun qed jgħin proġetti b’mod finanzjarju biex jinkoraġġixxi parteċipazzjoni kulturali attiva, jippromwovi talent lokali u jenfasizza fuq l-espressjoni kreattiva tal-komunità jew inkella biex l-identità tagħha tkun apprezzata. 

    Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Kultura John Xuereb qal li l-applikanti jistgħu jkunu organizzazzjonijiet volontarji, individwu jew grupp indipendenti, entitajiet jew kunsilli lokali li jixtiequ jtellgħu xi attività kulturali. L-applikant irid ikun ukoll ċittadin Malti u jkollu indirizz permanenti f’Għawdex. 

    Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lid-Direttorat tal-Kultura li jieħu ħsieb ħafna mill-organizzazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Ikkonkluda li din l-għajnuna finanzjarja se sservi biex il- kalendarju kulturali f’Għawdex ikompli jissaħħaħ b’aktar attivitajiet li jkomplu jattiraw lejn Għawdex il-Maltin u t-turisti matul is-sena kollha.

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook