Żjara uffiċjali tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

  • Fra 29, 2020 09:20
  • Miktub minn iNews

    Victor Galea Kap tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli laqa’ lill-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor Dr Owen Bonnici u lis-Segretarju Permanenti Dr Francis Fabri, fl-uffiċċju principali tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli fil-Ħamrun. Il-Ministru kien akkumpanjat jara’ il-klassijiet tal-Arti, Drama u Żfin u Mużika. 

    Minbarra li ltaqa' mal-kapijiet ta' l-iskejjel rispettivi, huwa ltaqa' ma' numru sabiħ ta' studenti entużjastati u motivati u l-għalliema ddedikati tagħhom. Huwa saħansitra sab il-ħin jisma' interpretazzjonijiet mużikali mwettqa mill-istudenti u l-għalliema tagħhom. Il-ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li jara numru sabiħ ta' studenti rreġistrati f'dan il-Kulleġġ u l-fatt li l-istudenti jistgħu jakkwistaw kwalifiki u rikonoxximent ta' studji bħal dawn li jeħtieġu ħafna dixxiplina, motivazzjoni u attenzjoni. 

    3,500 student li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 6 snin’ il quddiem huma rreġistrati f’waħda mill-iskejjel għall-edukazzjoni tal-arti viżiva u performattiva f’Malta u Għawdex u li jiffurmaw parti min-netwerk speċjalizzat fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. 50 għalliem full-time u 150 edukatur part-time huma impjegati f'dan il-kulleġġ. 

     

     

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook