Raġel isofri minn ġrieħi serji wara li waqa' minn wara ta' trakk

  • Fra 29, 2020 08:10
  • Miktub minn iNews

    Raġel mir-Renju Unit ta’ 29 sena, qiegħed isofri minn ġrieħi serji wara li weġġa’ fin-Naxxar. 

    Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:30 p.m, il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza minħabba li kien seħħ inċident fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar. 

    Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel għal xi raġuni waqa’ min fuq wara ta’ trakk. 

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma’ l- Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi serji. 

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Astrid May Grima LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad- Distrett. 

    Raġel iweġġa' f'Tas-Sliema waqt xi xogħlijiet li kien qiegħed jagħmel

    Niġerjan ta’ 47 sena, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’residenza fi Sqaq Sajjan, f’Tas-Sliema. 

    Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:30 p.m, il-Pulizija kienu nfurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ ħaddiem ġewwa residenza. 

    Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li n-Niġerjan sofra xi ġrieħi meta ċeda saqaf ta’ residenza waqt li kien qed issir xi xogħol ta’ manutenzjoni. 

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma’ l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad- Distrett.

     

     

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook