Nirien qawwijin fi stazzjon tal-ferrovija fiċ-ċentru ta' Pariġi

  • Fra 28, 2020 19:17
  • Miktub minn iNews

    L-istazzjon storika tal-ferrovija ta’ Gare de Lyon f’Pariġi kellha tiġi evakwata hekk kif ħaddiema tat-tifi tan-nar ppruvaw jikkontrollaw nirien qawwijin li ħakmu liċ-ċentru tal-belt.

    Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali juri kolonna sewda ta’ duħħan tiela’ minn biswit l-istazzjon, b’għexieren ta’ scooters elettriċi jinħakmu min-nirien.

    Uffiċjal tal-Pulizija kkonferma li n-nirien bdew wara li persuna tat in-nar lil wieħed mill-iscooters waqt kunċert mhux awtorizzat fil-viċinanzi tal-istazzjon tal-ferrovija. Il-Pulizija, li kkummenta taħt il-kundizzjoni tal-anonimità, qal li n-nirien infirxu f’ħakka t’għajn għal scooters oħrajn.

    Il-midja lokali qed tirrapporta li n-nirien setgħu tqabbdu bħala protesta kontra r-rapper Fally Ipupa mill-Kongo, li kien mistenni jieħu sehem f’kunċert f’żona fil-viċin.

    Ipupa kien suġġett għal kritika minn dawk li joppono l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, hekk kif jakkużaw lill-mużiċist li huwa viċin ferm tal-mexxej awtoritarju Joseph Kabila u s-suċċessur tiegħu Felix Tshisekedi.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook