Il-Messiku jikkonferma l-ewwel każ ta' coronavirus … Pazjent ieħor iżolat f'lukanda

  • Fra 28, 2020 19:01
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet Messikani llum ikkonfermaw l-ewwel każ ta’ coronavirus fil-pajjiż – raġel ta’ 35 sena li vjaġġa lejn l-Italja u li kien qed juri sintomi “minuri” tal-marda.

    Ir-raġel, li ma kien identifikat, kien qed jinżamm f’iżolament fl-Istitut Nazzjonali għal Mard Respiratorju fil-Belt tal-Messiku wara li testijiet ikkonfermaw li kien infettat bil-virus.

    Intant uffiċjali tas-saħħa qalu li pazjent ieħor, li potenzjalment jista’ wkoll ikun infettat bil-coronavirus, qed jinżamm f’iżolament f’lukanda f’Sinaloa. Madankollu hemm test li għadu pendenti qabel ma jkun aċċertat li r-raġel ta’ 41 sena jkun infettat bil-coronavirus.

    L-uffiċjali tas-saħħa emfasizzaw li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u ħeġġew lill-poplu Messikan biex ma jinħakmux minn paniku.

    Il-President Andres Manuel Lopez Obrador qal li “ninsabu preparati biex nikkonfrontaw is-sitwazzjoni tal-coronavirus”.

    Jumejn ilu l-Brażil ikkonferma l-ewwel każ ta’ persuna infettata bil-coronavirus fl-Amerika Latina, raġel ta’ 61 sena mill-Brażil li riċentement kien irritorna lura l-Brażil wara vjaġġ fl-Italja.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook