Is-swieq ikomplu jirreġistraw telf kaġun tal-coronavirus … Stmat li ntilfu mal-$5 triljun

  • Fra 28, 2020 15:53
  • Miktub minn iNews

    Is-swieq finanzjarji dinjin komplew jirreġistraw tnaqqis fil-valur tal-ishma tagħhom hekk kif il-marda COVID-19 kompliet tinfirex aktar madwar id-dinja. Saħansitra huwa stmat li matul dawn l-aħħar ġimgħat is-swieq irreġistraw telf ta’ madwar $5 triljun.

    Il-kelliemi għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) Christian Lindmeier, f’kummenti lill-ġurnalisti f’Geneva qal li “l-epidemija qed tikber. Ix-xenarju li l-coronavirus tilħaq numru kbir ta’ pajjiżi, jekk mhux il-pajjiżi kollha fid-dinja, hija xi ħaġa li ilna nanalizzaw u nwissu dwarha għal dan l-aħħar żmien.”

    Intant iċ-Ċina rreġistrat 327 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-marda, l-inqas numru sa mit-23 ta’ jannar li għadda. Dan wassal biex in-numru ta’ persuni infettati bil-coronavirus issa tela’ għal kważi 79,000, bi kważi 2,800 każ ta’ fatalità.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook