Marthese Portelli tirriżenja minn Membru Parlamentari

  • Fra 27, 2020 16:00
  • Miktub minn iNews

    Id-deputata Nazzjonalista Marthese Portelli ħabbret fuq Facebook li kkomunikat mal-Ispeaker u informatu li se tirriżenja. 

     

    Hi rringrazzjat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u lill-eks-Kap Simon Busuttil tal-fiduċja li wrew fiha. Irringrazzjat ukoll lill-kollegi tagħha u anke lil dawk min-naħa tal-Gvern li taw kas tal-proposti tagħha. 

     

    Madankollu, hi qalet li l-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni, filwaqt li awgurat biex min jidħol fil-politika jagħmel dan biex joħloq il-ġid. 

     

    Portelli qalet li “irrid ngħid li dawn is-seba’ snin ta’ ħidma parlamentari kienu seba’ snin li se nibqa’ ngħożżhom tul ħajti kollha. Kienu seba’ snin li matulhom tgħallimt ħafna, iltqajt ma’ ħafna nies u tajt l-almu tiegħi kollu biex pajjiżna ikompli jimxi ‘l quddiem. Inħares lura b’sodisfazzjon. Qatt ma bqajt lura milli nikkritika dak li kont inħoss li mhux korrett jew li seta’ sar aħjar. Kont ukoll proattiva tant li matul is-snin ta’ ħidma parlamentari tiegħi ressaqt ‘il fuq minn 300 proposta f’oqsma diversi, primarjament fil-qasam ambjentali kif ukoll f’dak tal-ippjanar, f’dak talenerġija, f’dak tat-trasport, f’dak tas-suq tal-proprjetà, fuq il-fondi Ewropej u oħrajn. Dan kollu stajt nagħmlu grazzi għall-appoġġ u djalogu effettiv li dejjem sibt mill-għaqdiet non-governattivi, minn assoċjazzjonijiet diversi, mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali, minn professjonisti u nies oħrajn ili kont nirrikorri għandhom għall-pariri u idejat tagħhom.”

     

    Filwaqt li awgurat lill-membri parlamentari ħidma fejjieda fl-aħjar interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, ħeġġet lil kollha biex jaħdmu biss għal dak li hu sew u għal dak li hu fl-aħjar interess tal-pajjiż permezz ta’ politika ta’ persważjoni u mhux politika tal-għajjat u tgħajjir.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook