Ansjetà minħabba l-Coronavirus

  • Fra 23, 2020 19:57
  • Miktub minn iNews

    Ir-riperkussjonijiet ta’ virus li jinfirex bħalma għandna bħalissa tal-COVID-19, aktar magħruf bħala Coronavirus, huma varji. Din l-epidemija, li l-Għaqda tas-Saħħa ddikjarat li tista’ tkun ta’ theddida globali, mhux biss qiegħda tinfetta lil eluf ta’ persuni u tista’ twassal għal instabbiltà ekonomika, iżda qiegħda wkoll tikkawża biżgħa kbira fost ħafna b’konsegwenzi li jsarfu fi tbatija emozzjonali. 

    IT-TORĊA tkellem ma’ Dr Mark Xuereb, Kap ta’ Sokkors fil-Pront, li sostna li ansjetà minħabba mard mhix xi ħaġa ġdida, iżda minħabba li hemm ħafna li qegħdin jitkellmu fuq dan il-virus u hemm domanda kbira għall-ingwanti, maskri u biċċiet tal-alkoħol, dan qiegħed iwassal biex tiżdied aktar l-ansjetà fost in-nies.

    Il-fatturi prinċipali għal biżgħa mill-Coronavirus huma li dan il-virus huwa wieħed ġdid u ma nafu xejn dwaru. “Naturalment dawk il-persuni li diġà jbatu minn ansjetà, huma aktar vulnerabbli li jesperjenzaw kriżi. Mill-pazjenti li nara u li huma l-aktar affetwati psikoloġikament bil-virus COVID-19, huma dawk li jbatu mill-Obsessive Compulsive Disorder (OCD). Minħabba l-biżgħa ta’ kontaminazzjoni, dawn iqattgħu l-ġurnata jogħrku b’biċċiet sanitarji kull oġġett li jaqa’ taħt idejhom bħalma huma siġġijiet, keyboards u anke trabi,” qal Dr Xuereb.

    Huwa semma’ kategorija oħra ta’ nies li qegħdin jiġu affetwati - li huma dawk li jbatu minn Hypochondrical Disorder. Dawn imorru għand bosta tobba, kif ukoll ifittxu fis-siti tal-Internet biex jixtru gadgets qarrieqa li jgħidulhom li jistgħu jimmaniġġjaw dan il-virus. 

    It-tielet kategorija, l-iżjed waħda rari, hija dik fejn persuna ssofri minn delużjoni ta’ impestazzjoni. Dawn in-nies ikunu konvinti li huma, jew l-ambjent ta’ madwarhom huwa infestat bl-insetti. Huma jkunu lesti li jmorru f’estremità kbira biex jeħilsu minn dawn l-insetti. 

    “F’moħħi għandi pazjent, raġel anzjan, li mill-appartament tiegħu kien neħħa kull biċċa għamara u tapiti, kif ukoll neħħa s-suf kollu minħabba din il-konvinzjoni. Ir-raġunijiet għal dawn id-diżordnijiet jistgħu jkunu minħabba influwenza ġenetika, imġieba tal-ġenituri, nuqqas ta’ edukazzjoni, drogi u dimensja,” spjega l-psikjatra.

    Dr Xuereb qal li r-rispons biex l-ibliet ikunu segregati biex it-tixrid tal-virus ma jikbirx u tiġi evitata epidemija globali, jista’ jkun li saret tard wisq għax miljun ta’ nies ħarġu minn Wuhan u dan kompla jkabbar l-ansjetà. Huwa semma’ kif fil-każ tal-virus Ebola, virus ħafna iżjed letali u li wkoll huwa maħsub li ġie introdott mill-friefet il-lejl, il-miżuri li ttieħdu żgur għenu biex dan il-virus ma jinfirix. L-epidemija ta’ bejn is-snin 2014-2016 kienet illimitata għal 28,600 każ u 11,325 mejta, b’ħafna mill-imwiet iseħħu fil-Punent tal-Afrika. 

    Il-psikjatra qal li l-bniedem kapaċi jinkwieta fuq avvelenament ta’ kull xorta ta’ ikel, jekk l-aħbarijiet huma ffokati fuq hekk, iżda ma jinkwetax meta jidħol f’karozza, iżomm xi arma fid-dar jew inkella meta jixgħel sigarett. Ċertament hemm nies li huma suġġetti li jinkwetaw kemm fuq il-perikli komuni u dawk inqas komuni, filwaqt li oħrajn ma jinkwetaw fuq xejn u jissograw il-ħin kollu. 

    Huwa qal li r-riperkussjonijiet tar-reazzjoni kbira għall-‘COVID-19’ huma sinjifikanti. Għall-miljuni fi kwarantina fiċ-Ċina, kull ġurnata tfisser tbatija emozzjonali fejn xi wħud ikollhom problemi biex jakkwistaw ikel u t-telf finanzjarju għall-ekonomija jista’ jkun kbir. 

    Il-Kap ta’ Sokkors fil-Pront qal li għadu mhux possibbli biex inkunu nafu jekk din ir-reazzjoni hiex ġustifikata jew inkella tnissilx, jew saħansitra tkabbarx, diżordnijiet psikoloġiċi eżistenti. Hawnhekk huwa staqsa, “minkejja li huwa magħruf li mard ta’ infezzjoni joqtol bil-miljuni, se jilħaq l-oġġettiv tiegħu dan l-iżolament drastiku? L-‘AIDS’ ħa l-ħajjiet ta’ 36 miljun ruħ fl-1981 u l-pandemija tal-influwenza tal-1918 irriżultat bejn 20 u 50 miljun imwiet, wara li 500 miljun persuna ġew effettwati minnha. Xorta waħda, wieħed jistaqsi jekk kawżi oħra ta’ mortalità - dawk li m’għadhomx ibeżżgħuna jew m’għadniex naraw fuq il-paġni ta’ quddiem tal-gazzetti – jistgħux ukoll ikunu denji ta’ aktar stħarrig u riżorsi”. 

    Dr Mark Xuereb temm jgħid li l-pjan lokali metikoluż biex jipprepara għal COVID-19 huwa ta’ min ifaħħru u li professjonisti tas-saħħa mentali għandhom ikunu informati bl-istess mod dwar COVID-19 biex ikunu viġilanti li jipprevenu, jew iżommu, milli tinħoloq kriżi psikoloġika.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook