Allegati ‘każi oħra’ ta’ abbużi sesswali minn qassis f’Għawdex

  • Fra 23, 2020 18:04
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar jiem minn investigazzjoni li wettqet inewsmalta qed jirriżulta li kienu saru allegazzjonijiet oħra dwar abbużi sesswali minn qassis f’Għawdex.  Mill-informazzjoni li għandha inewsmalta allegatament jirriżulta li hemm minn tal-inqas tlett persuni li allegatament sofrew xi tip ta’ abbuż. Dan il-qassis, kien għadda proċess u kien instab ħati iżda wara li sar appell hu kien inħeles minħabba nuqqas ta’ provi. L-allegazzjonijiet li saret taf bihom inewsmalta, saru wara li ntemm il-proċess. Inewsmalta għandha ukoll f’idejha nota, fejn. fiha jissemma’ wieħed minn dawn l-allegati vittmi. Dan il-vittma informa lill-għola awtoritajiet tal-Kurja f’Għawdex li hu kien qed jaħfer lil dan il-qassis, imma li xtaq li affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom. Dan il-vittma imma allegatament fl-ebda ħin ma ried jirritratta l-allegazzjonijit li għamel f’telefonata mal-ogħla uffiċjali tad-Djoċesi t’Għawdex.

    L-allegata nota li waslet għand dan is-sit ... Is-Safeguarding Commision twieġeb immedjatament u tappella biex il-każijiet jitressqu lill-Pulizija

    Inewsmalta dwar dan il-każ għamlet kuntatt mal-Isqof Mario Grech. Staqsietu dwar l-allegata nota miktuba u li waslet għandna bl-Isqof Grech jirrimarkalna li hu għadda l-każ mill-ewwel lis-Safeguarding Commission.  Hu qalilna ukoll li s-Safeguarding Commission se tkun qed iwieġeb għad-domandi ta’ inewsmalta u l-informazzjoni li waslet għandna dwar dan il-każ.

    Is-Safeguarding Commission qaltilna li “nirreferi għan-nota tiegħek u tinnota li, jekk jirrizulta li hija awtentika, tikkonstitwixxi vjolazzjoni tad-data fil-konfront tal-persuni nvoluti. Jibqa’ l-fatt li għan ewlieni li għaliha twaqqfet is-Safeguarding Commission fl-2015 hu l-ħarsien tal-persuni u tal-komunità. Għalhekk, l-unika informazzjoni li nistgħu ngħaddulek dwar dan il-qassis hi li dan waqaf jgħallem fis-Seminarju t’Għawdex fl-1991. Dan sar monsinjur fl-2005 mill-Isqof Nikol Cauchi.”

    Is-Safeguarding Commission qaltilna ukoll li “mid-dokumentazzjoni tagħna jidher ċar li f’dan il-każ l-Isqof Mario Grech mexa skont il-liġi tal-Knisja u l-proċeduri stabiliti. Nitolbok tapprezza li mhix prassi tas-Safeguarding Commission li tikkummenta fuq każijiet individwali, u għalhekk din l-informazzjoni għandha tintuża bl-aktar mod responsabbli.  Is-Safeguarding Commission ittenni l-appell tagħha lill-pubbliku biex jikkuntattja lill-Pulizija u lill-Kummissjoni dwar informazzjoni relatata ma’ kull tip ta’ abbuż”.

    L-allegata ittra li għandha f’idejha inewsmalta u li allegatament  datata 23 ta’ Awwissu 2010, tgħid li “dalgħodu…….ċempilli minn…… biex jgħidli li wara l-laqgħa tal-ġimgħa li għaddiet, hu ltaqa’ ma’ xi qraba tiegħu u meta qalilhom li kien għamilli stqarrija dwar l-imġieba ta’ saċerdot fil-konfront tiegħu, dawn gergru miegħu għax ma qablux li kellu jqajjem xi ħaġa tal-imgġoddi. L-istess reazzjoni għamel missieru:  dan wrieħ li ma qabilx miegħu għax fl-imgħoddi dik kienet imġieba tollerata, anzi missieru żied jgħidlu li fil-……… kien hemm inċidenti bħal dawn!. Għalhekk……inkwieta għamel jumejn ma jistax jorqod!  Qalli li hu ma ariedx jagħmel ħsara lil dak is-saċerdot. Hu jaħfirlu pero ħass li kellu jgħidli biex jien nara li ħwejjeġ bħal dawn ma jsirux aktar.”

    L-ittra tkompli tgħid li “jien serraħtlu rasu li bil-istqarrija tiegħu hu kien għamel dak li kellu jagħmel.  F’ebda mument tat-telefonata ma’ ħadt l-impressjoni li……..kien b’xi mod qed jirritratta l-istqarrija tal-20 ta’ dan ix-xahar”.

    Nistħarrġu l-każ

    Sorsi qrib il-Kurja t’Għawdex allegaw ma’ dan is-sit li dan il-vittma jidher li semma’ żewġ vittmi oħra li jgħixu f’Għawdex stess. Jidher ukoll li qed ikun allegat li kien hemm każ ieħor marbut ma’ eks seminarista.

    Sorsi infurmaw li allegatament l-ewwel każ kontra dan il-qassis daħal fis-sena 2000. Allegatament sitt snin wara it-tribunal tal-knisja kien sab biżżejjed evidenza biex il-każ imur għal aktar investigazzjonijiet quddiem it-tribunal suprem f’Ruma. Hu instab ħati fis-sena 2010 u imbagħad il-qassis appella.

    L-istess sorsi staqsew jekk fuq  dan il-każ setgħux ittieħdu aktar miżuri. L-istess sorsi staqsew jekkdan il-qassis inżammx milli jopera fil-parroċċa.  L-istess sorsi allegaw li f’dan il-każ  allegatament ma jidhirx li ttieħdu l-ebda passi dixxiplinari kif fil-fatt ġara meta saċerdoti oħra twaqqfu milli joperaw sakemm tinqata’ s-sentenza tagħhom.  L-istess sorsi spjegaw li skont il-gwida tar-Response Team, f’każi simili dak li jkun   immedjatament jieqaf mill-ħidma pastorali jekk responsabbli minn xi attività li tpoġġih f’kuntatt mat-tfal.

    Mill-istħarriġ tagħna jirriżulta li fis-2010 dan il-qassis appella u ġie meħlus minħabba ‘nuqqas ta’ evidenza’.  L-istess sorsi qalulna li skont il-vittma – allegatament intqal lilu li dan ma jfissirx li dak li irraporta hu ma seħħx imma ma kienx hemm provi biżżejjed biex jiġi sostanzjat.

    Mill-istħarriġ ta’ inewsmalta jirriżulta li fl-istess żmien meta kien għaddej l-appell propju f’Awwissu 2010 allegatament jidħol rapport ieħor u  dan allega li kien  abbużat meta kien student fis-snin tmenin.  

    Inewsmalta hi infurmata li l-Isqof t’Għawdex f’Settembru ta’ dik is-sena stess jiġifieri 2010, kiteb lil Mons Scicluna bħala promotur tal-Ġustizzja u qallu li daħal għandu dan il-każ.  Inewsmalta mhix infurmata kif dan il-każ ġie aġġudikat.  Allegatament iżda  kien hemm żewġ studenti li ssemmew fix-xhieda  u li kienu xhieda.

    Inewsmalta tikkuntattja uffiċjali tal-Kurja f’Għawdex

    Intant dan is-sit għamel kuntatt ma’ diversi membri tal-kleru f’Għawdex dwar din l-informazzjoni. Mons Daniel Xerri, li kien Rettur tas-Seminarju bejn  is-sena 2007 - 2014, qalilna li jiskuża ruħu imma ma jistax jagħti  kumment għax m’huwiex fuq il-każ.

    Ikkuntattjajana lil  Mons Pawlu Cardona Delegat għal Kleru u meta tlabnieh il-kumment qalilna li   “m’għandix għalfejn’ u qata’ l-linja tat-telefon.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook