Ajruplan Pakistani maħsub li “għeb” … jintuża f’film li nġibed f’Malta

  • Fra 23, 2020 16:46
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Minkejja li l-ajruplani kummerċjali l-kbar jiġu mmoniterjati u segwiti b’sistemi elettroniċi, fl-aħħar snin jidher li seħħ każ kurjuż, fejn ajruplan Airbus A310 tal-linja tal-ajru internazzjonali tal-Pakistan (PIA) kien maħsub li “għeb” iżda mbagħad spiċċa mibjugħ fil-Ġermanja għal $1.4 miljun. Hu allegat li fil-proċess l-ajruplan inkera minn kumpanija Ingliża li użatu għall-ġbid ta’ film li nħadem proprju f’pajjiżna. 

    Skont rapporti fuq il-midja Pakistana jirriżulta li fi proċeduri fil-Qorti li kienu għaddejjin din il-ġimgħa, ġie allegat li kien l-eks-Kap Eżekuttiv ta’ din il-linja tal-ajru, Bernd Hildenbrand li ħa dan l-ajruplan lejn il-Ġermanja, fejn imbagħad inbigħ. 

    L-allegazzjonijiet saru mil-linja tal-ajru PIA, li qalet li l-ajruplan inbigħ għal 190 miljun Rupee Pakistani li huma ekwivalenti għal $1.2 miljun. Barra minn hekk, jidher li l-ajruplan għamel ukoll qligħ ta’ $200,000 għax inkera lil kumpanija tal-films u b’hekk ġie jiswa $1.4 miljun. 

    Fl-istqarrija li għamlet fil-Qorti, il-linja tal-ajru qalet li l-ajruplan ma għeb xejn iżda nbigħ hekk kif kien temm iż-żmien operattiv tiegħu fl-2016. L-ajruplan allegatament inbigħ fil-Ġermanja, iżda sena wara nkera minn kumpanija Ingliża biex tużah f’film li nħadem Malta. Wara li tlesta l-film, l-ajruplan tar lejn il-Ġermanja, proprju lejn il-mużew tal-ajruport ta’ Leipżig Halle fejn inbigħ lill-ajruport. Jidher li l-ajruplan kellu mat-30 sena u għaldaqstant ma tqisx li għadu tajjeb biex itir. 

    Skont artiklu li kien ġie ppubblikat fl-2018, il-ftehim ma kienx jinkludi l-ajruplan sħiħ peress li ż-żewġ magni tiegħu kienu nxtraw b’mod separat minn kumpanija tat-tagħbija Torka. 

    Iżda dwar dan il-każ hemm informazzjoni konflinġenti hekk kif ċerti rapporti jgħidu li kemm l-ajruplan, kif ukoll il-magni, inbigħu permezz ta’ tfigħ ta’ offerti skont ir-regoli tal-bejgħ ta’ affarijiet pubbliċi. Dawn ir-rapporti jgħidu li l-ajruplan inbigħ għal $46,100. 

    Peress li l-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru ta’ dak iż-żmien, Bernd Hildenbrand qed jiġi investigat fuq serq u miżapproprjazzjoni, allura hemm il-biża’ li dan seta’ qal li l-prezz kien differenti u żamm id-differenza għalih. 

    Intant, jidher li fil-Qorti Suprema tal-Pakistan bdew jiddeliberaw dwar jekk il-bejgħ ta’ dan l-ajruplan għandux jitqies bħala offiża nazzjonali peress li dan l-ajruplan kien ass pubbliku. Fil-fatt, il-Prim Imħallef fil-każ staqsa jekk fid-dinja kienx hemm każi oħra fejn kap eżekuttiv ibigħ ajruplan ta’ linja tal-ajru b’dak il-mod. 

    Min-naħa tagħha, il-linja tal-ajru qiegħda tikkopera fl-investigazzjonijiet li għaddejjin.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook