Is-somma sabiħa ta' A$18,405 miġbura għall-Puttinu Cares mill-fenkata fl-Awstralja

  • Fra 23, 2020 13:28
  • Miktub minn iNews

    Wara li fis-6 ta' Frar Antoine ċ-Ċavett flimkien mal-kok tiegħu Karl Micallef u l-kantant Mike Spiteri ħallew Malta biex fl-Awstralja jtellgħu fenkata kbira b’risq Puttinu Cares, fl-aħħar ħin ngħaddu l-flus kollha miġbura minn din l-attività.

    Antoine f'kollegament dirett tkellem magħna u qalilna li jinsab verament kburi li din l-ikla li bdiet minn ħsieb wasslet biex tinġabar is-somma sabiħa ta' A$18,405.

    Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti huwa qal li s-somma miġbura żgur li se tkun qiegħda tgħin lil dawk fil-bżonn. Minħabba li din mhix l-ewwel darba li Antoine qiegħed jgħin b'mod dirett lil Puttinu Cares, hu deher xi ftit emozzjonat minħabba li ġab quddiem għajnejh uħud miċ-ċkejknin li jgħin matul is-sena kollha.

    Aqra wkoll: http://inewsmalta.com/article.php?ID1=90761

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook