Screening fuq il-passiġġieri kollha fl-ajruport minħabba l-COVID-19

  • Fra 23, 2020 13:04
  • Miktub minn iNews

    L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin qed jimplimentaw l-azzjonijiet kollha neċessarji ta’ tħejjija u rispons minħabba t-tifrix tal-COVID-19. Fid-dawl li din il-firxa mistennija li taffettwa pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina inkluż pajjiżi Ewropej, l-awtoritajiet bdew “screening” tal-passiġġieri kollha li jkunu ġejjin minn pajjiżi affettwati.

    Fid-dawl ukoll tas-sitwazzjoni fl-Italja, l-iscreening qiegħed jiġi mtejjeb bl-introduzzjoni ta’ ‘thermal screening’ fil-punti tad-dħul. Minn għada, se jiġu installati ‘thermal screening cameras’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn il-passiġġieri kollha li jaslu Malta se jiġu skrinjati. Dan se jiġi implimentat ukoll fit-terminals tal-cruise liner u tal-katamaran.

    Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġie spjegat li ‘thermal screening’ huwa mod ta’ screening għal għadd kbir ta’ nies li jkunu se jgħaddu mill-punti tad-dħul. Kull persuna li tkun identifikata bħala li għandha deni tkun analizzata.

    L-awtoritajiet tas-saħħa appellaw għall-koperazzjoni tal-pubbliku għall-iscreening tan-nies għall-identifikazzjoni bikrija tal-każijiet u fakkru lill-pubbliku biex iċemplu fuq il-helpline 21324086 jew lit-tabib tagħha jekk ikunu vjaġġaw lejn żoni milquta u jkollhom xi sintomi respiratorji fi żmien 14-il jum minn meta rritornaw lura u ma jmorrux direttament f’ċentri tas-saħħa jew l-isptar. 

    L-awtoritajiet tas-saħħa appellaw ukoll għall-koperazzjoni fil-miżuri tas-saħħa pubblika li qed jittieħdu fl-investigazzjoni ta’ każijiet suspettati, iżolament, traċċar ta’ kuntatti u kwarantina. 

    Sa issa, żewġ każijiet suspettati ġew ittestjati u rriżultaw negattivi mentri tliet persuni jinsabu kwarantina wara kuntatt possibbli ma’ każ ikkonfermat fuq il-cruise liner Westerdam. It-tliet kuntatti kollha ma wrew l-ebda sintomi.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook