Maġistrat tal-Qorti jisħaq li l-Pulizija għandha tiddistingwixxi iktar bejn "pussess u traffikant tad-droga"

  • Fra 23, 2020 12:33
  • Miktub minn iNews

    Il-Maġistrat Joe Mifsud jisħaq: "Huma dawn tal-aħħar li qegħdin ikissru ż-żgħażagħ tagħna; lil ħaddieħor, il-Qorti għandha tagħti l-għajnuna meħtieġa"

    Il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li l-Pulizija, fid-dmirijiet tagħha, għandha tagħmel distinzjoni iktar ċara bil-mod kif tressaq persuna akkużata b'pussess sempliċi tad-droga, u oħrajn li jkunu akkużati bit-traffikar tagħha. 

    Il-Qorti għamlet dawn il-kummenti hekk kif il-Pulizija ressqet lil Saif Faisal Ibrahim. Sahir, żgħażugħ ta' 24 sena mingħajr indirizz fiss, fuq akkużi ta' pussess sempliċi tad-droga kannabis. Wara li l-akkużat, li kien megħjun mill-avukat tal-għajnuna legali Frank Cassar, wieġeb ħati tal-akkuża, il-Qorti kkundannatu tħallas il-multa ta' €50.

    Il-Qorti saqsiet lill-Pulizija Investigatur għalfejn ir-raġel ma tressaqx quddiem il-Bord tar-Rijabilitazzjoni, bil-pulizija tisħaq li danma seħħx minħabba li l-akkuzat ma kellux indirizz fiss lokali fejn kien qiegħed jgħix, "tant li kien qiegħed jorqod fuq bank."

    Kien hawnhekk li l-Maġistrat appella lill-Pulizija biex toqgħod attenta, u tagħmel distinzjoni iktar ċara bil-mod kif jitressaq persuna bejn żgħażugħ mixli fuq pussess sempliċi tad-droga, u persuna akkuzat b'reat ta' traffikar. "Huwa dan' tal-aħħar li qiegħed ikisser iż-żgħażagħ tagħna."

    "Persuni u każijiet bħal dawn għandhom jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa, u mhix jiġu kkastigati."

    Kien hawnhekk li l-Maġistrat Mifsud, filwaqt li saħaq li. l-Qorti "mhix dipartiment tal-akkomdazzjoni, u m'għandhiex id-dover li tipprovdi saqaf għal kull min jiġi quddiemha", appella biex l-Aġenzija għall-Benessere ta' dawk li jfittxu l-ażil (AWAS) jipprovdu l-għajnuna u l-kenn neċessarju lill-akkużat.

    L-Ispettur Leeory Balzan Engerer mexxa l-prosekuzzjoni.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook