“Ommi u l-kollegi se jkollhom jagħmlu 15-il ġurnata ’l bogħod minna minħabba l-coronavirus”

  • Fra 23, 2020 00:24
  • Miktub minn iNews

    Il-messaġġ ta’ tfajla li qiegħda tħoss in-nuqqas ta’ ommha li tinsab fi kwarantina qiegħed jinxtered bħal leħħa ta’ berqa fl-Italja u miegħu qed jiżdiedu għexieren ta’ messaġġi ta’ kuraġġ.

    Bint waħda mit-tobba li taħdem fl-Isptar ta’ Codaogno fil-provinċja ta’ Lodi kompliet tispjega kemm hi iebsa għaliha u l-familji tal-kollegi kollha ta’ ommha biex joqogħu 15-il ġurnata bogħod mill-għeżież tagħhom minħabba r-riskji tal-coronavirus.

    Intant oħrajn fetħulha għajnejha u spjegaw li din il-miżura, għalkemm xi ftit qarsa għaliha u xi oħrajn, isservi biex tipproteġi lilha u lil ħaddieħor. 

    Min-naħa tagħha, it-tfajla kompliet tgħid li dawn il-persuni li jirriskjaw ħajjithom għandhom ikunu rringrazzjati kuljum tax-xogħol impekkabbli li jagħmlu.

     

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook