Tliet irġiel arrestati waqt kontrolli tat-traffiku f'Ħal Għaxaq

  • Fra 22, 2020 13:27
  • Miktub minn iNews

    Matul il-lejl li għadda, tlitt irġiel ġew arrestati waqt kontrolli tat-traffiku li saru ġewwa Ħal Għaxaq li tmexxew mill-Pulizija tad-Distrett bl-assisstenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, mis-Sezzjoni tal-Klieb, l-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga, mil-Garaxx tal-Pulizija, flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. 

    Żewġt irġiel ta’ 21 sena u 35 sena rispettivament, ġew arrestati wara li twaqqfu fi Triq Dawret Ħal Għaxaq biex issir tfittxija fil-vetturi li kienu qed isuqu u fuq il-persuna tagħhom. Fiż-żewġ każi, l-irġiel instabu fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza ħadra, allegatament droga, kif ukoll oġġetti oħra relatati ma’ teħid tad-droga. 

    Ir-raġel l-ieħor, Serbjan ta’ 28 sena, ġie arrestat wara li l-vettura li hu kien passiġġier fiha, ġiet imwaqqfa fi Triq Għar Dalam biex issir tfittxija fiha. Fuq ix-xufier u fil-vettura ma nstab xejn irregolari iżda is-Serbjan nstab fil-pussess ta’ pakkett b’sustanza ħadra allegatament droga.   

    L-irġiel ġew skortati lejn il-lock-up tal-Pulizija, l-Floriana għall-aktar investigazzjonijiet.

    Waqt l-istess kontrolli: 

    - Vettura tal-għamla Chevrolet Lacetti misjuqa minn raġel ta’ 33 sena kienet qed tinstaq bid-dawl mhux skont il-liġi, għalhekk ġiet imwaqqfa u pparkjata f’post sigur sakemm tiġi regolarizzata;

    - Raġel mill-Filippini ta’ 40 sena residenti tas-Sliema, kien qed isuq vettura tal-għamla Fiat Punto bla liċenzja tas-sewqan.

    - Vettura tal-għamla Nissan Micra kienet qed tinstaq bla liċenzja u polza tal-assigurazzjoni, kif ukoll, il-ġuvni ta’ 19-il sena residenti Birżebbuġia kien qed isuq bla liċenzja tas-sewqan. Il-vettura ttieħdet fil-Garaxx tal-Pulizija permezz ta’ trakk tal-irmonk.

    - F’każijiet separati, żewġt irġiel ta’ 38 sena u 48 sena rispettivament, instabu li kienu qed isuqu vetturi taħt l-influwenza tal-alkoħol.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook