Ir-riformi fil-PN: Delia b'aċċenna għall-ħolqien ta' kummissjoni li tinforza dixxiplina fejn kulħadd jiġbed ħabel wieħed

  • Fra 22, 2020 12:12
  • Miktub minn iNews

    F’intervista fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonali, il-Kap tal-PN Adrian Delia għamel referenza għall-proċess ta’ riformi fil-partit. Filwaqt li qal li dan il-proċess jinsab fi stadju avvanzat ħafna, huwa aċċenna għal waħda mill-bidliet li mistennijin li jiġu introdotti, il-Kummissjoni tal-Etika u d-Dixxiplina.

    Jidher li l-għan ta’ din il-Kummissjoni se tkun li tiġi evitata sitwazzjoni ta’ dissens simili għal dak li qed jiffaċċja attwalment il-Partit. Delia saħaq li “iva jista’ jkollok l-ideat, iva tista’ ma taqbilx, iżda meta l-Partit jiddeċiedi li ħa linja allura kulħadd mistenni li jiġbed l-istess ħabel għal dik l-idea tal-kollettiv, li tkun f’partit.”

    Huwa żied jgħid li “din hija d-differenza ta’ min jagħżel li ma jkunx parti minn partit, u jitkellem bil-libertà kollha mingħajr ma jħares l-interess tal-Partit bħala wieħed.”

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook