Kostumi kkuluriti jikkaratterizzaw il-Karnival Reġjonali ta' Għawdex

  • Fra 22, 2020 09:09
  • Miktub minn iNews

    Ilbieraħ ngħata bidu għal Karnival Reġionali ta’ Għawdex. Dan il-karnival organizzattiv kien ġie organizzat mill-kumitat għall-ewwel darba fis-sena 1951 fil-lokalità tar-Rabat Għawdex.

    Għall-ħabta tas-6.00pm ngħata bidu tal-Parata tal-Karnival mis-Centre Stage Dance Academy tul Triq ir-Repubblika għal pjazza Indipendenza (it-Tokk),bis-sehem ta’ diversi kumpaniji taż-żfin u kostumi individwali. Il-qofol tal-ispettaklu ta’ din il-parata kien diversi tipi ta’ żfin fil-pjazza prinċipali tat-Tokk, fosthom iż-żifna tradizzjonali tal-kumittiva ta’ Ciangura Folk Group, San Lawrenz. Ta’ min isemmi ukoll li f’attività oħra li kien hemm f’Pjazza San Ġorġ kien hemm ukoll żifna oħra popolari tal-kummittiva ta' dik tax-Xagħra. Dawn l-attivitajiet joħolqu atmosfera pjaċevoli kemm għal-kbar kif ukoll għaż-żgħar.

    Matul dawn il-jiem tal-bluha jipparteċipaw bosta Għawdxin kif ukoll dawk l-eluf ta’ Maltin li jaqsmu l-fliegu għal-Għawdex bi ħġarhom għax ikunu jistennew il-karnival speċjalment dak spontarju tan-Nadur minn sena għall-oħra, u fl-istess ħin jieqaf għal ftit jiem mir-ritmu normali tal-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum.  

    RITRATTI: JOE GRECH

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook