“In-negozjati mar-Renju Unit jikkonfermaw il-kunċett tal-partnership bħala alternattiva għas-sħubija fl-UE” - Alfred Sant

  • Fra 20, 2020 20:10
  • Miktub minn iNews

    L-eks-Prim Ministru Alfred Sant laqa' tajjeb kif l-Unjoni Ewropea qed tiżviluppa l-kunċett ta' partnership biex tistabbilixxi relazzjonijiet ma' pajjiżi mhux membri tal-UE kif muri min-negozjati ppjanati mar-Renju Unit.

    Dr Sant ivvota favur ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tiddeskrivi l-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati lejn sħubija komprensiva bejn ir-Renju Unit u l-UE wara l-BREXIT.

    Xi snin ilu, il-kunċett ta’ partnership kien meqjus f'Malta bħala b’mod negattiv iżda issa sar dejjem aktar evidenti li l-qafas ta' partnership se jkompli jiġi żviluppat mill-UE bħala l-aħjar metodu li bih jinżammu relazzjonijiet fil-fond u mill-qrib ma' stati Ewropej li ma jaspirawx li jsiru membri tal-Unjoni.

    ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tkopri dispożizzjoniiet li jmorru lil hinn mill-kwistjonijiet ta' koperazzjoni ta' kummerċ ħieles u investiment u tirrikonoxxi li l-UE u r-Renju Unit se jkomplu jkollhom ħafna interessi komuni.

    Il-Kummissjoni Ewropea hija mħeġġa bir-raġun biex tmexxi n-negozjati b'mod trasparenti, permezz ta’ konsultazzjoni pubblika u djalogu mas-sħab soċjali. L-inklużjoni tal-parlamenti nazzjonali se tkun ukoll fattur ewlieni.

    "Il-mandat propost fih xi pożizzjonijiet iebsa ħafna. Fil-ftuħ ta' kwalunkwe negozjar, dan huwa kif għandu jiġi fformulat mandat. Madankollu jikkonferma wkoll u jaġġorna l-kunċett ta' kif stat Ewropew ikollu relazzjonijiet mal-UE fil-forma ta’ partnership" iddikjara Dr Sant.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook