Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ “Mill-Għalqa Nħawru l-Borma”

  • Fra 20, 2020 20:00
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-attività Mill-Għalqa Nħawru l-Borma li se tittella’ għall-ewwel darba bil-għan li jingħata aktar għarfien dwar il-ħxejjex, frott u ikel lokali u biex il-pubbliku jkun imħajjar jikkonsma l-prodotti lokali. Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li filwaqt li attivitajiet bħal din ikattru aktar għarfien dwar il-prodott lokali fost il-poplu tagħna, itejbu l-prodott turistiku li qed toffri l-gżira Għawdxija.

    Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet huwa elenka d-diversi attivitajiet organizzati li se jolqtu l-gosti tal-familja kollha. Fost l-oħrajn ser ikun hemm sezzjoni tal-ħxejjex li jkunu ġejjin direttament mill-bidwi, b’individwi li se jkunu qegħdin jedukaw lil dawk preżenti u jagħtu informazzjoni interessanti dwar kif indaħħlu iktar il-ħaxix fir-riċetti tagħna imma bil-prodotti lokali. Hawnhekk il-ministru qal li l-prodott lokali huwa ta’ benefiċċju għall-persuni li jikkunsmawh għaliex huwa frisk u tajjeb għas-saħħa. Barra minn hekk, waqt din l-attività mhux se jkun qed jintuża single use plastic.

    Waqt din l-attività, se jkun hemm sezzjoni bil-frawli ta’ Għawdex, bis-smoothies u milk shakes bil-frawli friska wkoll; sezzjoni oħra bil-kafe l-antika kif ukoll mulled wine u għażla ta’ nbejjed Għawdxin; u sezzjoni bi prodotti artiġjanali speċjalment bl-għasel lokali, ġulepp u anke żejt taż-żebbuġa. Se jkun hemm ukoll kċina bir-ravjul bil-ġobon tan-ngħaġ, ġbejniet tal-bżar u ġbejniet bojod li għalihom l-Għawdxin huma famużi, kċina bil-pulpetti tal-laħam kemm taċ-ċanga kif ukoll tat-tiġieġ u patata lokali msajra l-forn, kċina bil-braġjoli u patata lokali u kċina oħra biz-zalzett Malti.

    Se jkun hemm logħob tat-tfal madwar il-ġnien sabiex it-tfal inħeġġuhom ikunu attivi u tkun ukoll opportunità sabiex jieklu ikel tajjeb għas-saħħa. Sezzjoni oħra ser tkun iddedikata sabiex nesibixxu makkinarju agrikolu, sezzjoni tal-brownies scout group u sezzjoni ta’ Puttinu Cares. Bħala divertiment mill-10am sas-1pm se jkun hemm ukoll kanzunetti moderni u mis-1pm sat-3pm se jkantaw tfalijiet mill-iskola tal-kant ta’ Marlene Bartolo. Imbagħad mit-3pm sas-6pm jagħlqu s-serata l-grupp Ta’ Verna.

    Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jattendi għal din l-attività li se sservi mhux biss biex tippromwovi l-prodott agrikolu Malti imma wkoll bħala edukazzjoni u rikreazzjoni għall-pubbliku. Huwa sostna li l-Ministeru għal Għawdex kommess li jibqa’ jgħin kontinwament sabiex attivitajiet bħal dawn ikompli jittellgħu u jissaħħu.

    Mill-Għalqa Nħawru l-Borma se tittella’ l-Ħadd 1 ta’ Marzu mill-10.00am sas-6pm f’Villa Rundle, ir-Rabat, Għawdex.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook