“Persuni b’diżabilità fundamentali għas-suċċess tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli”

  • Fra 20, 2020 19:58
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqa’ mal- Federazzjoni Maltija ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (Malta Federation of Organisations Persons with Disability – MFOPD). Il-Ministru Abela saħaq li persuni b’diżabilità huma fundamentali għas-suċċess tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 2030, b’mod partikolari fejn jidħlu l-għanijiet kontra l-faqar, xogħol diċenti u tnaqqis ta’ inugwaljanza. 

    F’kummenti, il-Ministru Abela tkellem dwar kif l-iżvilupp sostenibbli qiegħed hemm biex jagħmel il-ħajja tal-persuni kollha aħjar iżda hemm faxxex ta’ nies li jkollhom bżonn aktar attenzjoni. Fost dawn hemm il-persuni b’diżabilità li jkunu jeħtieġu iżjed riżorsi sabiex nagħmlulhom ħajjithom iżjed faċli. Fi kliem il-Ministru Abela, “tkellimna mal-federazzjoni dwar kif nistgħu naħdmu flimkien, intejbu l-ħidma li diġà qed issir u anke dwar kif ir-riżorsi allokati, anke dawk finanzjarji mill-gvern, jistgħu jħallu iżjed valur għal li qed jiġi investit f’dan is-settur”.

     

    Huwa żied jgħid li, “taħt il-kappa tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli li jmissu jew huma ta’ interess għal persuni bi bżonnijiet speċjali irridu naraw x’qed isir fil-pajjiż u kif nistgħu naħdmu aktar u aħjar sabiex naraw li t-tajjeb li qed isir ikun aħjar u naraw kif nistgħu noħorġu b’ideat differenti, ħalli b’ħidma u b’kollaborazzjoni niksbu iżjed suċċess għal persuni bi bżonnijiet differenti”.

     

    Huwa tkellem dwar kif l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Magħquda 2030 turi mpenn ċar sabiex jiġu msaħħa persuni li huma vulnerabbli, inkluż persuni b’diżabilità. Huwa fakkar li dawn l-għanijiet jippromwovu rispett universali għall-promozzjoni tad-drittijiet umani, ugwaljanza u tnaqqis fid-diskriminazzjoni.

     

    Il-membri preżenti għal din il-laqgħa kienu l-President Marthese Mugliette, is-Segretarju Venera Micallef u membru tal-federazzjoni Mario Mamo.

    Il-Federazzjoni Maltija ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Persuni b’Diżabilità twaqqfet fl-1970 biex tkun ir-rappreżentanza nazzjonali – kemm f’fora lokali kif ukoll internazzjonali – għas-settur Malti tad-diżabilità. Hija kostitwita mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità u minn persuni u korporazzjonijiet li huma direttament u/jew indirettament marbuta mas-settur tad-diżabilità f’Malta.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook