L-iStudent Placement Program imniedi sabiex jipprovdi esperjenza ta’ xogħol lill-istudenti fil-qasam tal-informatika

  • Fra 20, 2020 17:59
  • Miktub minn iNews

    ‘Il fuq minn 400 student se jkunu qegħdin jingħataw li jestendu l-istudji akkademiċi tagħhom b’esperjenza tax-xogħol fl-industrija permezz tal-programm Student Placement Programme tal-MITA. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo.

    Din hija t-tnax-il edizzjoni li l-MITA qiegħda torganizza dal-programm li fih qed tingħaqad ma’ diversi kumpaniji li bejniethom qed joffru iktar minn 1,300 post tax-xogħol relatat mal-informazzjoni u t-teknoloġija lill-istudenti. Dan b’investiment ta’ mhux inqas minn €1.7 miljun.

    Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo kkonferma l-impenn tal-Gvern f’dan il-programm li qiegħed joħloq impjiegi temporarji għall-istudenti tagħna. “L-iStudent Placement Programme huwa prova ċara tas-sapport li l-Gvern qiegħed jagħti lill-istudenti, sabiex mhux biss ikunu preparati akkademikament, imma anke wkoll ikollhom esperjenza ta’ xogħol li tkompli ssaħħaħhom u tgħinnhom jaffaċċjaw id-diffikultajiet ta’ kuljum fuq il-post tax-xogħol.” 

    Bartolo ħeġġeġ lill-entitajiet mill-Privat, Pubbliċi u anke organizzazzjonijiet non-Governattivi sabiex jipparteċipaw f’dan il-programm u jiffurmaw parti integrali f’dan il-vjaġġ sabiħ għaż-żgħażagħ tagħna, filwaqt li qed niżviluppaw il-ħaddiema t’għada.

    Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MITA Tony Sultana qal illi wara li l-programm tas-sena li għaddiet kien ta’ suċċess u ħoloq 380 post tax-xogħol, il-MITA qed tara li l-programm ta’ din is-sena ikun ta’ iktar suċċess flimkien mal-kumpaniji li jissieħbu magħha.

    Sultana spjega li l-iStudent Placement Programme mhuwiex programm miftuħ biss għall-kumpaniji li joffru servizzi relatati mal-industrija tat-teknoloġija imma wkoll għal oħrajn li jagħmlu użu minn teknoloġiji differenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum bħal fl-edukazzjoni, fit-turiżmu, fis-saħħa jew fis-settur tal-manifattura.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook