Tliet snin u seba' xhur ħabs għal raġel ħati li seraq batteriji ta' karozzi minn diversi lokalitajiet

  • Fra 20, 2020 17:19
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta’ 31 sena minn Birkirkara tressaq b’arrest il-Qorti fejn kien mixli li bejn id-9 ta’ Diċembru li għadda u l-15 ta’ Frar ikkommetta numru ta’ serqiet ta’ batteriji ta’ vetturi f’diversi lokalitajiet. Fost oħrajn huwa seraq il-batteriji miż-Żona Industrijali f’Tal-Ħandaq, minn diversi toroq f’Ħal Qormi, miż-Żona Industrijali tal-Imrieħel u minn toroq oħrajn f’Birkirkara.

    Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, ir-raġel ammetta l-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu u ġie kkundannat għal tliet snin u seba’ xhur ħabs effettivi.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kylie Borg, Roderick Agius u Alfredo Mangion.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook