€92,107 għal mara li weġġgħet f'inċident tat-traffiku

  • Fra 20, 2020 15:57
  • Miktub minn iNews

    Mara li sofriet ġrieħi gravi f'inċident tat-traffiku li seħħ f'Ħal Lija kważi tmien snin ilu se tingħata kumpens ta' €92,107 wara li mħallef żamm mara oħra responsabbli tal-ħabta.

    Mariella Vidal fetħet il-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kontra Micaela Cassar b'rabta mal-inċident li seħħ fid-29 ta' Lulju 2012 fi Triq il-Mosta.

    Cassar kienet għaddejja minn ħdejn iċ-ċimiterju ta' Ħal Lija fid-direzzjoni lejn il-Mosta meta tilfet il-kontroll tal-vettura u spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq fejn baqgħet dieħla f'dik misjuqa minn Vidal li kienet sejra lejn Birkirkara.

    Bid-daqqa l-karozza ta' Vidal spiċċat instabtet mal-ħajt u l-bieba ma setgħetx tinfetaħ tant li kellha toħroġ mit-tieqa bl-għajnuna ta' xi nies li kienu fuq il-post.

    Hija ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn kellha tiġi operata f'sieqha tax-xellug u kellu jsirilha ġips fi-polz fejn damet 10 ijiem anke jekk wara li ħarġet damet erba' xhur f'siġġu tar-roti u wara kellha tuża l-krozzi.

    Cassar ammettiet li l-inċident kien tort tagħha bl-Imħallef Grazio Mercieca kellu jiddeċiedi fuq l-ammont tal-kumpens.

    Wara li qies li Vidal sofriet rata ta' diżabilita ta' 20% u qies il-kura li kellha tħallas għaliha huwa wasal għal kumpens ta' 92,107.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook