LIVE: Il-Qorti ma tilqax it-talba għall-għoti tal-bail lil Fenech

  • Fra 20, 2020 10:02
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif se tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, illum għandhom ikomplu jinstemgħu aktar rekordings li l-allegat middleman fil-qtil, Melvin Thuema, kien għamel tad-diskorsati li kien ikollu mal-allegat mandant tal-qtil, Yorgen Fenech

    Għamel refresh għall-aħħar aġġornament…

    14.37: Is-seduta li jmiss se tkun qed tiżvolġi fis-27 ta’ Marzu, f'12.00pm.

    14.35: Il-Maġistrat tordna li għas-seduta li jmiss jittellgħu jagħtu x-xhieda tagħhom Keith Schembri, Johann Cremona u Kenneth Camilleri.

    14.34: Il-Qorti qalet ukoll li l-għoti tal-bail lil fenech jista' jwassal għal diżordni pubbliku.

    14.32: Il-Qorti qalet li d-deċiżjoni għall-bail ġiet miċħuda minħabba li hemm terzi persuni li jistgħu jkunu involuti u baqa' xhieda li għad iridu jagħtu x-xhieda tagħhom.

    14.30: Il-Qorti ma tilqax it-talba għall-għoti tal-bail lil Fenech.

    14.02: Is-seduta tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta' bail lil Yorgen Fenech.

    14.00: Hija żiedet tgħid li Fenech ingħata police bail diversi drabi. “Issa qed tibża' l-Prosekuzzjoni? ingħata bail erba' darbiet,” qalet l-Avukat Camilleri.

    Qalet li l-Avukat Ġenerali ma spjegaz għaliex jekk jingħata bail ikun hemm impatt fuq l-ordni pubbliku, hekk kif qed joġġezzjona.

    13.59: L-Avukat Marion Camilleri, li tirrappreżenta lil Fenech, qalet li l-Prosekuzzjoni għandha vantaġġ għax għandha kontroll assolut tax-xhieda. Qalet li l-provi jikkonsistu minn rekordings u dawn qegħdin 'saved'.

    13.57: Jgħid li filwaqt il-klijent tiegħu jinsab fil-ħabs, ħaddieħor qed jiġri barra. L-assistent tal-Avukat Ġenerali, Philip Galea Farrugia, qed joġġezzjona. Huwa qal li dwar il-kredibilità tax-xhud m'għandhomx jintervjenu huma iżda għandhom jaraw il-ġurati meta eventwalment isir il-ġuri.

    13.55: L-Avukat Caruana Curran ikompli jgħid li milli jidher l-Prosekuzzjoni qed tistrieħ fuq ix-xhieda ta' Melvin Thuema, iżda r-rekordings qed igiddbu lul dan tal-aħħar. Saħaq li m'hemm ebda provi ta' dak li qed jgħid Thuema.

    13.53: Dwar l-għoti ta' bail l-Avukat Caruana Curran qal li Fenech għandu kondotta nadifa. Qal li meta ġie arrestat ngħata l-ħelsien mill-arrest tliet darbiet u dejjem mexa ma' dak li qalulu.

    13.50: Il-Qorti tat permess lill-Avukati ta' Fenech biex jgħaddulu DVD b'kopja tar-rekordings.

    13.45: L-avukati ta' Yorgen Fenech qed jitolbu għall-ħelsieb mill-arrest tiegħu. l-Avukat gianluca Caruana Curran qed jitlob ukoll kopja tar-rekordings biex jgħaddihom lil Fenech fil-ħabs.

    13.37: Melvin Thuema jinħareġ mill-awla flimkien biż-żewġ uffiċjali tas-sigurtà miegħu.

    13.36: Tittieħed id-deċiżjoni li r-rekording tinstema' darb'oħra minħabba t-tul tagħha.

    13.28: Se jkun qed jinstema' rekording ieħor.

    13.26: L-Ispettur Keith Arnaud qed jinforma lill-Maġistrat li hemm diversi rekordings iżda ħafna minnhom kienu vojta jew jinstema' tifel.

    13.22: Tiġi fi tmiemha x-xhieda ta' Melvin Thuema.

    13.21: Thuema jkompli jgħid li Fenech qatt ma qallu li minn Kastilja kienu qed jikkordinaw attakki fuq familja.

    13.19: Jason Azzopardi jistaqsi lil Thuema jekk jafx min hu Alex Muscat. thuema iwieġeb li ma jafux.

    13.13: Il-Maġistrat tintervjeni fil-konfront tal-Avukat Jason Azzopardi u tfakkru li l-kumpilazzjoni hija dwar Yorgen Fenech. Dan minħabba li kien se jistaqsi dwar Chris Cardona.

    13.12: Thuema jgħid li huwa la jaf lil Cardona u lanqas min jaħdem miegħu.

    13.10: Thuema jgħid li mhuwiex qed jorbot lil Chris Cardona mal-erba' nies l-oħrajn.

    13.05: Thuema jgħid li fil-ħwienet bdew isemmu ħafna nies li setgħu kienu involuti. “Għalhekk għedt naħseb li hemm xi erba' oħra involuti.”

    Ikompli jgħid li jaħseb li hemm oħrajn li setgħu qabbdu lill-aħwa Degiorgio bil-qtil. Jgħid "forsi marru fuq Degiorgio nies oħrajn. Smajt ħafna ismijiet fuq il-mezzi tax-xandir.”

    13.03: Thuema jinsisti li kien hemm żball meta Dr Mifsud kitbet li huwa uża l-kelma “Keith".

    13.00: Thuema jgħid li ma kienx staqsa lil Mario Degiorgio min kien “kulħadd” meta kien qal li ħutu kienu qdew lil kulħadd u ma sabu lil ħadd.

    12.58: Thuema jgħid li lil Fenech kien qallu li tal-FBI kellhom wisq xhieda fuq it-tliet akkużati.

    12.54: Thuema jgħid li Fenech kien qallu li jekk eventwalment isir ġuri, l-aħwa Degiorgio jirbħuh. Madankollu Thuema jżid jgħid li ma jafx għaliex Fenech kien qallu hekk.

    12.51: Thuema jkompli jgħid li kien qed jibża' li l-aħwa Degiorgio "jobżquh" (jikxfuh).

    12.43: Ikompli jgħid li jiftakar li Glenn Bedingfield u Josef Caruana kienu kitbu “where is the laptop?”

    12.41: Qal li jiftakar li kien ra banners fuq il-laptop ta’ Daphne Caruana Galizia, u li Alfred Degiorgio kien fetaħ protest biex il-laptop tagħha jinġieb mill-Ġermanja.

    12.39: Waqt li jkompli jwieġeb mistoqsijiet mill-Avukat Jason Azzopardi li qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia, Thuema jsemmi telefonata fejn Yorgen Fenech kien qallu li l-“Koħħu” kien qed jikxef fuqu.

    12.37: Thuema jgħid li George Degiorgio kien moħħu fil-kokaina, xorb u nisa. Qal li min-naħa l-oħra Alfred Degiorgio “ħadid u trainin kellu f’moħħu”.

    12.33: Iżid jgħid li minn meta kienet mietet Caruana Galizia, ħajtu spiċċat. “Nagħmel jumejn kalm, u nerġa’.” Jgħid li “kelli wisq piż fuqi. Irrid immur għand Mario u Yorgen għall-flus, xbajt, kelli biża’ kbir fuqi.”

    12.30: Thuema jkompli jgħid lil Fenech kien qallu li jaqbel li jiġu l-laptops għax aktar iħawdu moħħ in-nies peress li Caruana Galizia kienet tikteb dwar ħafna persuni. Bid-dmugħ f’għajnejh Thuema jgħid li ħajtu spiċċat. Jgħid li kemm-il darba kien sejjer għand l-ispettur Arnaud biex ikellmu. “Kont imxebba’ minn ħajti li dħalt f’din il-biċċa xogħol,” jgħid Thuema.

    12.25: Thuema jgħid li Fenech kien tah flus x'jgħaddilhom. “Għenihom fuq li għenihom,” jgħid Thuema.

    12.22: Thuema jgħid li Mario Degiorgio kien qallu li jekk jegħrqu ħutu allura se jkun qed jegħreq kulħadd magħhom. “Ħassejtha li kien qed jgħid għalija bil-pulit,” qal Thuema. Iżid jgħid li safejn kien jaf hu, bih li kienu jafu u mhux b’Fenech. Iżid jgħid li l-aktar li kien jitlob flus kien George Degiorgio.

    12.20: Thuema jkompli jgħid li mhuwiex ċert jekk kien qal “kif” jew “Keith” fid-diskursata. Jgħid li jaħseb li staqsa “kif” u mhux “Keith”. Il-Maġistrat tirrimarka li “għalhekk irridu noqogħdu attenti li ma nitfgħux kliem f’ħalq ix-xhud.”

    12.18: Thuema jgħid li Mario Degiorgio kien qallu li kienu bagħtu risposta lil Cardona biex jgħinhom fil-pleġġ u li dan kien injorahom. Thuema jżid jgħid li Yorgen kien qal li daqs kemm jista’ jgħinhom Cardona ma jista’ jgħinhom ħadd minħabba li jaf lill-Imħallfin kollha minħabba li huwa avukat.

    12.15: Meta mistoqsi dwar ir-referenza li saret fir-rigward ta' Chris Cardona fir-rekording, Thuema jgħid li kien semma lil Cardonaa għax qal li dan kien beda jissemma fuq it-TV u jissuspettaw fih. Jisħaq li lil Cardona qatt ma kellmu u ma jaf xejn dwaru.

    12.11: Melvin Thuema ikompli jagħti x-xhieda tiegħu. Qal li Fenech kien qallu li hemm ħaddieħor involut żgur. 

    12.06: Hija tikkonferma dak li kitbet fit-traskrizzjoni. L-Avukat jason Azzopardi jidher ixengel rasu b'approvazzjoni anke jekk Dr Mifsud ma tispeċifikax il-kelma traskritta.

    12.05: Se tinstema' dik il-parti tar-rekording li dwarha se tkun mistoqsija Dr Mifsud.

    11.44: Mistoqsija dwar kelma li tissemma fit-traskrizzjoni. Qed tintalab tgħid jekk kelma partikolari hijiex “kif” jew “Keith”.

    11.42: Ix-xhieda ta’ Thuema tiġi sospiża biex titla’ tagħti x-xhieda tagħha Dr Marisa Mifsud, li kienet responsabbli mit-traskrizzjoni tar-rekording.

    11.37: Jgħid li Mario Degiorgio qallu li ħutu kienu qdew lil kulħadd u ma sabux għajnuna. Jgħid li ma staqsiex għal min kien qed jirreferi meta qal “kulħadd”. Qal li Mario Degiorgio kien jgħidlu “allaħares ma tkunx inti għal ħuti”. Qal li darba minnhom fuq WhatsApp Mario Degiorgio kien staqsieh huwiex involut fil-qtil ta’ Caruana Galizia. “għidtlu li mhux involut imma lest ngħinhom lil ħutu.” Thuema jgħid li ma’ Mario Degiorgio qatt ma fetaħ qakbu dwar l-involviment tiegħu fil-każ.

    11.30: Thuema jgħid li l-każ tant kien kbir li ħass li jekk jieħdu l-pleġġ jaħarbu mill-pajjiż.

    11.28: Thuema jgħid li dejjem kellu l-biżgħa li l-akkużati jikxfu lilu jekk ma jiħdux il-bail. Jgħid li kienu bagħtulu risposta ma’ Mario Degiorgio li huma jinsabu “ġewwa” u magħħhom se jispiċċa wkoll kulħadd. Thuema jerġa’ jgħid li Mario Degiorgio kien jagħmillu ħafna pressjoni fuq il-pleġġ ta’ ħutu.

    11.26: Jgħid li Mario Degiorgio qalu data meta ħutu – Alfred u George Degiorgio – kienu se jagħmlu rikors għall-bail. Qal li bagħat risposta ma’ Mario li ma setax jgħinhom fuq pleġġ. Qal lil Fenech li kien qrib ħafna ta’ Joseph Muscat u ppretenda li Fenech jirranġa miegħu dwar din il-kwistjoni. Qal li Fenech kien qal li “l-agħar ħaġa li nista’ nkun qed nagħmel”.

    11.21: Thuema jiġi mistoqsi dwar laptops li jissemmew fir-rekording. Qal li l-laptop huwa dak ta’ Caruana Galizia għax beda jaqra li l-laptops iridu jġibuhom Malta. “Bdejt nibża’ li se jaraw fuq min kienet qed tikteb, jew jaraw li kienet issemmi lil Fenech u mbagħad kapaċi jaslu għalih.” Thuema qal li Fenech kien saħaq li aħjar jekk il-laptops jiġu Malta għax Caruana Galizia kienet kitbet fuq ħafna nies.

    11.19: Thuema qal li r-rekording sar meta kienu r-razzett ta’ Ħaż-Żebbuġ. Qal li Fenech kien qed isajjar f'din l-okkażjoni. Huwa jerġa’ jisħaq li beda jirrekordja minn dik is-sena meta Yorgen qalli li wieħed mill-akkużti, Vince Muscat il-“Koħħu”, kien qed jikxef. Qal li mhux dejjem irrekordja d-diskursati li kien ikollu ma’ Fenech.

    11.18: Huwa jgħid li ma jafx meta sar ir-rekording. Jgħid iżda li sar fl-2018 jew fl-2019.

    11.17: Melvin Thuema se jibda jiġi mistoqsi dwar ir-rekording.

    11.09: Tinstema' referenza għal libelli li twaqqgħu.

    11.02: Fir-rekording jinstema' ħafna dagħa kemm minn Fenech u kif ukoll minn Thuema.

    10.46: Fenech jidher jipponta subgħu lejn partijiet mit-traskrizzjoni u jidher ixengel rasu. Thuema qed isegwi fil-kwiet flimkien mal-avukat tiegħu Matthew Brincat.

    10:42: Fir-rekording tinstema’ referenza għall-FBI u l-involviment tagħhom fil-każ.

    10.40: Qed isegwu traskrizzjoni tar-rekording, Yorgen flimkien mal-avukati tiegħu, Melvin Thuema, u l-Prosekuzzjoni.

    10.37: It-tnejn jinstemgħu li qed jitkellmu dwar il-bail tat-tliet akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia.

    10.33: Tibda tinstema' r-rekording. jinstemgħu jitkellmu Yorgen Fenech u Melvin Thuema, iżda hemm ħsejjes oħrajn ukoll.

    10.29: Jidħol fl-awla Melvin Thuema. Yorgen jersaq lejn l-avukati tiegħu Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri.

    10.27: Il-Maġistrat tat digriet fejn ordnat li r-rekordings li qed jinstemgħu ma jinstemgħux fil-media.

    10.26: L-Avukat Jason Azzopardi, li qed jidher għall-familja Caruana Galizia bħala parte civile, qal li ma kienx hu li tkellem mal-midja dwar dan. Il-Maġistrat Montebello min-naħa tagħha qed tistaqsi lill-parte civile jekk hemmx dubji dwar il-kwalità tat-traskrizzjoni, b’Azzopardi u Peter Caruana Galizia jwieġbu li le.

    10.22: Il-Maġistrat Montebello esprimiet it-tħassib tagħha dwar kummenti fil-midja fir-rigward tar-rekordings u l-kwalità tagħhom. 

    10.04: L-allegat mandant tal-qtil, Yorgen Fenech jidħol fl-awla tal-Maġistrat Rachel Montebello. Fil-bank fejn qiegħed bilqiegħda hemm ukoll żewġ gwardjani tal-ħabs, bi tnejn oħrajn fuq il-bank ta ‘ wara lebsin bullet proof vests. Preżenti fl-awla hemm ukoll qraba ta’ Fenech, u kif ukoll qraba ta’ Daphne Caruana Galizia.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook