Il-GWU f’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat

  • Fra 20, 2020 09:52
  • Miktub minn iNews

    Delegazzjoni tal-General Workers’ Union iltaqgħet mas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat fejn ġew diskussi diversi temi fosthom il-problemi li qed jaffaċjaw persuni minn pajjiżi terzi.

    Id-delegazzjoni tal-GWU għal din il-laqgħa, li saret fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri. 

    Magħhom kien hemm ukoll is-Segretarju tat-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel Kenny Muscat u l-Assistent Segretarju tat-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel Gabriel Pullicino. 

    F’kelmtejn li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, semma kif b’mod regolari jiġu numru ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi ġewwa l-unjin minħabba problemi diversi. Fost dawn kien hemm persuna li kien ilha xi ħames ġimgħat tistenna biex jaraha tabib. 

    Huwa esprima x-xewqa tiegħu li jsir one-stop-shop ġewwa l-unjin stess fejn ikun hemm persuna minn Identity Malta li tisma’ dawn l-ilmenti u b’hekk ikunu ffaċilitati aktar dawn il-proċessi. 

    Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat stqarr li saru diversi diskussjonijiet ma’ Identity Malta biex nifhmu aħjar fejn qed ikun hemm bottlenecks u proċeduri li qed idumu. 

    Muscat qal ukoll li l-interess għandu jkun fuq il-protezzjoni tal-ħaddiem innifsu, hu ta’ liema nazzjonalità hu, iżda wkoll fuq min iħaddem. Huwa saħaq fuq “tolleranza zero” għal abbużi li jistgħu jseħħu fuq il-post tax-xogħol, u tenna li l-Gvern u l-GWU iridu jkomplu jaħdmu flimkien fl-aħjar interess tal-ħaddiem.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook