Neville Gafà jgħid li kieku ma sarux iż-żjarat fil-Libja Malta kienet tiffaċċja kriżi nazzjonali dwar l-immigrazzjoni irregolari

  • Fra 20, 2020 08:51
  • Miktub minn iNews

    F’kumment fuq il-midja soċjali, l-eks-uffiċjal fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Neville Gafà, iddefenda l-ħidma li kien jagħmel, u ż-żjarat tiegħu fil-Libja. Dan għamlu wara li lbieraħ ta x-xhieda tiegħu waqt l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

    Filwaqt li qal li ż-żjarat tiegħu fil-Libja kienu relatati mal-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari, Gafà qal li ħareġ ċar li permezz tal-intervent tiegħu twaqqfu milli jidħlu f’Malta eluf ta’ immigranti li salpaw fuq diversi tipi ta’ dgħajjes mill-Punent tal-Libja.

    Tenna li dan kollu sar b’ħidma kkordinata bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll l-Awtoritajiet Libjani, b’mod partikolari l-Ministeru għall-Intern Libjan u l-Gwardja tal-Kosta Libjana.

    Saħaq li bejn Lulju tal-2018 u Jannar tal-2020, il-perjodu li fih kien jikkordina dawn l-operazzjonijiet, in-numru ta’ immigranti irregolari li kienu se jidħlu f’Malta kien se jkun wieħed fenomenali.

    Gafà qal li kieku ma sarux dawn iż-żjarat regolari fil-Libja, il-kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti mna kinitx tibqa’ b’saħħitha u għaldaqstant ma kinitx tħalli r-riżultati li nkisbu. Saħansitra qal li dan il-falliment kien iwassal għal kriżi nazzjonali.

    “Dan ngħidu b’responsabbiltà,” saħaq Gafà.

    Huwa żied jgħid ukoll li din il-ħidma ħalliet ġid imprezzabbli wkoll mil-lat uman, hekk kif ġew salvati eluf ta’ immigranti, fosthom għadd ta’ nisa tqal u tfal, minn għarqa ċerta.

    Huwa temm jgħid li jinsab kburi b’dak kollu li twettaq fl-interess tas-sigurtà nazzjonali.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook