AĠĠORNAT: L-isparaturi fil-Ġermanja li ħallew 10 persuni mejtin setgħu kienu motivati minn xenofobija

  • Fra 20, 2020 07:31
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: L-investigaturi Ġermaniżi llum qalu li l-isparaturi f’shisha bar u kafetterija, li ħallew 10 persuni mejtin, seta’ kellhom mottiv xenofobiku.

    Sigħat wara li l-pulizija sabet lir-raġel suspettat li wettaq l-attakk mejjet fir-residenza tiegħu, il-prosekuturi federali ta’ kontra t-terroriżmu ħadu l-każ taħt idejhom.

    L-investigazzjoni qed titqies bħala “partikolarment importanti” u hemm indikazzjonijiet li l-mottiv wara l-attakk kien wieħed xenofobiku.

    Sorsi viċin l-investigazzjoni intant ikkonfermaw rapporti li qed jidhru fil-midja Ġermaniża li r-raġel suspettat li wettaq l-attakk għandu 43 sena, u kien identifikat bħala Tobias R.

    Intant il-midja lokali qed tirrapporta li l-katavru l-ieħor li nstab fir-residenza tas-suspettat, huwa ta’ omm l-istess raġel.

    AKTAR QABEL: Mill-inqas tmien persuni nqatlu u diversi oħrajn indarbu f’ żewġ sparaturi li żvolġew f’shisha bar u kafetterija fil-Ġermanja tard ilbieraħ filgħaxija.

    Wieħed mis-suspettati b’rabta ma’ dan l-inċident instab mejjet f’daru aktar tard.

    Il-Pulizija ta’ Hesse f’kumment fuq Twitter ikkonfermaw li kienu sabu lill-persuna li allegat wettqet l-attakki mejta fir-residenza tiegħu. Dan filwaqt li żiedet tgħid li fl-istess residenza nstab katavru ieħor.

    L-attakki seħħew f’Hanau, li tinstab madwar 20 kilometru ’l bogħod minn Frankfurt.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook