It-titjiriet lejn Tripli jitħassru wara attakki mill-militanti tal-Ġeneral Haftar

  • Fra 18, 2020 14:02
  • Miktub minn iNews

    It-titjiriet lejn l-uniku ajruport ċivili fil-Libja tħassru fost attakki li twettqu mill-milizji leali lejn il-Ġeneral Khalifa Haftar.

    Fi stqarrija, il-maniġment tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Mitiga, li jinsab fil-kapitali Tripli, qal li l-ajruport safa attakkat waqt it-tluq ta’ titjira tal-linja tal-ajru Libyan Airlines.

    Il-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali, li huwa rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti, qal li l-militanti ta’ Haftar kienu responsabbli mill-attakk.

    L-ajruport ta’ Mitiga kemm-il darba safa fil-mira ta’ attakki mill-militanti ta’ Haftar.

    Sors viċin il-militar Libjan qal li l-attakki kellhom l-għan li jagħmlu sabutaġġ fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tad-disa’ anniversarju mir-rivoluzzjoni Libjana tas-17 ta’ Frar, li waqqgħet id-dittatorjat tal-mexxej Moammar Gadhafi.

    @tweetembed@

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook